AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI - 6 TA’ ĠUNJU 2009
Tqassim ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni
| Kif diga’ tħabbar, | il-Kummissjoni Elettorali qegħda tqassam id-dokumenti għall-votazzjoni li fadal mill-Uffiċċju tagħha l-Belt Valletta u, għall-votanti reġistrati f’Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, fir-Rabat, Għawdex. |
| Il-Kummissjoni Elettorali | titlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku biex: |
a. dawk il-votanti li ma jifilhux jimxu, jitwasslu b’karozza privata sal-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, il-Belt Valletta. Il-Kummissjoni Elettorali titlob li f’dawn il-kazi, barra l-votant u x-xufier tal-karozza jkun hemm persuna oħra biex, wara li l-karozza twaqqaf viċin Evans Building, din il-persuna tkun tista’ tidhol bl-karta tal-Identita’ tal-votant u turi lill-Kummissjonarji fejn tkun ipparkjata l-karozza bil-votant biex jingħatalu l-vot.
b. L-istess servizz jingħata lill-votanti f’Għawdex li ma jkunux jifilħu joħorgu mill-karozza privata ħdejn l-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Frangisk, r-Rabat, Għawdex.
c. Fejn hemm kazi ta’ votanti anzjani jew morda li ma jistgħux jitwasslu biex jiġbru d-dokument, il-Kummissjonarji jagħmlu sforz biex iwassluhulom huma stess fid-djar. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Elettorali titlob li xi qarib ta’ dawn il-votanti għandu jmur jew iċempel l-Uffiċċju Elettorali fuq 25583300 biex jagħti d-dettalji meħtiega. Il-Kummissjoni Elettorali titlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku biex jagħmel uzu ta’ dan is-servizz biss fejn hu assolutament necessarju.
| Il-Kummissjoni Elettorali | tfakkar ukoll li kull min irid jigbor id-dokument għall-votazzjoni jrid bilfors jipprezenta l-karta tal-identita’. |
| Fl-aħħarnett il-Kummissjoni | Elettorali tfakkar ukoll li hemm servizz ta’ trasport pubbliku (nru. 198 minn Bieb il-Belt, Valletta, li jgħaddi sewwa sew minn quddiem Evans Building u jkompli għall-Bieb il-Belt. |
| Mingħajr id-dokument | għall-votazzjoni, ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni, s-Sibt 6 ta’ Ġunju, 2009. |
DOI - 02.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984