Left arrow Go Back

Diskors tal-Onor. Chris Said, segretarju parlamentari ghall-konsultazzjoni pubblika u informazzjoni, waqt  il-konferenza “Il-Partecipazzjoni taŻ-ŻgĦaŻagĦ fl-Unjoni Ewropea”, organizzata mill-European Union Programmes Agency (EUPA)  - SAN ĠILJAN

PR0955
Date Icon 30/05/2009
Bħalissa l-MEUSAC qed tipproċessa 65applikazzjoni għal fondi Ewropej  minn kunsilli lokali u mis-soċjetà ċivili, b’uhud minnhom  ta’ relevanza ghaz-zghazagh.
“Bis-sħubijata’ ħames snin ilu nfetħu beraħ il-bibien tal-Unjoni Ewropea. Qed nagħtu lill-istudenti, iż-żgħażagħ u l-ħaddiema tagħna opportunitajiet eċitanti, sfidi sbieħ, li l-ġenerazzjonijiet ta’ qabilhom xtaqu iżda ma sabux.” Dan qalu Chris Said, is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni waqt il-Konferenza relatata maz-zghazagh, organizzata mill-EUPA.
Is-SegretarjuParlamentari stqarr li f’dawn l-ewwel ftit snin tagħna fl-Unjoni Ewropea rajna bl-iżjed mod ċar li pajjiżna qiegħed fuq l-istess mejda, igawdi mill-istess benefiċċji, u anke jaffaċċja sfidi komuni li għalihom jeħtieġ li naħdmu flimkien biex insibu soluzzjonijiet komuni.
U dan li qedjaghmlu numru sabih ta’ zghazagh Maltin flimkien ma’ ohrajn minn bnadi ohra madwar l-Ewropa.   Permezz ta’ progetti li jindirizzaw soluzzjonijiet komuni ghal diversi sfidi Ewropej, qed jinghaqdu u jiddiskutu, jahdmu u jghixu flimkien ghal perjodu ta’ zmien u dawn iz-zghazagh stess qed juruna kif verament nistghu nghelbu d-differenzi kulturali Ewropej u verament nghixu f’Ewropa maghquda.
Chris Said komplajghid li dawn qed jirnexxu bi programmi diversi ta’ fondi Ewropej, li l-ghan taghhom hu li jizviluppaw il-kuncett tad-demokrazija, l-unita` fid-diversita`, id-djalogu interkulturali, l-innovazzjoni u r-ricerka u minjiera ta’ temi ohra relevanti ghas-socjeta` Ewropea kontemporanja u zghazugha.
Il-programmita’mobilita` li taw il-gwienah liz-zghazagh taghna u ghallmuhom itiru ‘l fuq biex jahtfu opportunitajiet godda; l-esperjenzi barra minn Malta ta’ perjodu ta’ taghlim u xoghol fil-qasam li jridu jitjiebu fih, li sservihom bhala ghodda b’sahhitha biex isiru zghazagh iktar kompleti u persuni bi  kwalifici ahjar ghad-dinja tax-xoghol. F’dan qed tissarraf is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ghaz-zghazagh taghna, qal Chris Said.
ChrisSaid ghamel referenza ghall-progetti Ewropej relatati maz-zghazagh li holqu l-kunsilli lokali, progetti li n-natura taghhom  tvarja minn attivitajiet kulturali, ghal dawk ta’ harsien ambjentali, ta’ djalogu ghas-socjeta` civili u dawk li jindirizzaw id-drittijiet umani, kif ukoll progetti ta’ hidma ma’ gruppi partikolari bhal dawk ma’ persuni b’ dizabilita`.
Numruta’ kunsilli lokali raw l-aspett pozittiv ta’ programmi bhall-Youth in Action matul is snin, biex issa, grazzi ghall-esperjenza iktar vasta li rnexxiehom jiksbu, waslu biex jaghmlu progetti ta’ natura ikbar u estiza ghall-firxa iktar wiesgha tal-kommunita`.
Is-SegretarjuParlamentari stqarr ukoll li l-ħidma mwettqa fl-aħħar xhur mill-Funding Unit tal-MEUSAC, li tat riżultati konkreti, tawgura tajjeb għall-futur.
S’issapermezz tal-MEUSAC gew mghejjuna 37 organizzazzjoni, li minnhom 19 huma Kunsilli Lokali, biex japplikaw għall-fondi Ewropej, b’total ta’ fondi f’dawn l-applikazzjonijiet li jammonta għal 6.3 miljun Euro. Bħalissa l-MEUSAC qed tipproċessa 65 applikazzjoni minn kunsilli lokali u mis-soċjetà ċivili li ser jiġu sottomessi għal fondi mill-Unjoni Ewropea fil-ġimgħat li ġejjin, u li whud minnhom huma ta’ relevanza ghaz-zghazagh.
Flimkien ma’ dan, għall-Kunsilli Lokali giemniedi wkoll Fond biex jgħinhom ikopru l-ispejjeż ta’ proġetti li jkunu ħallsu l-biċċa l-kbira tagħhom minn fondi Ewropej. “B’hekk qed inħeġġu iżjed lill-Kunsilli Lokali jkunu pro-attivi, jieħdu iżjed inizjattivi u jaħtfu l-opportunitajiet li ġabet magħha s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, inkluz fil-livell ta’ azzjonijiet immirati lejn u kkreati miz- zaghzagh” qal Chris Said.
DOI –30.05.2009
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow