Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, IŻŻUR IL-FIERA TAL-e -LEARNING

PR0947
Date Icon 29/05/2009
Il-Ministru Dolores Cristina dal-għodu żaretl-esibizzjoni “Embed ICT” imtella’ mid-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni bil-ħsieb li jkun ċelebrat it-tagħlim tat-teknoloġija tal-informatika fl-iskejjel sa mil-livell primarju.
F’din il-wirja wieħed seta’ jara diversiproġetti maħduma mit-tfal tal-iskejjel primarji bl-għajnuna tal-għalliema tagħhom, li wħud minnhom tant laħqu livell għoli li kkompetew anke fuq livell Ewropew.
Bħala parti minn din iċ-ċelebrazzjoni kienuppremjati anke numru ta’ għalliema li mexxew lill-istudenti tagħhom biex ħolqu proġetti mill-aktar kreattivi, fl-okkażjoni tas-Sena tal-Kreattività u Innovazzjoni.
Fil-fiera kien hemm għaxar padiljuni, wieħedgħal kull Kulleġġ, fejn kull Kulleġġ wera l-proġetti maħduma mill-istudenti tiegħu.  L-istudenti li żaru l-esibizzjoni pparteċipaw f’numru ta’ workshops interattivi li fihom urew il-ħiliet tagħhom fl-użu tal-computer u apparat elettroniku ieħor.
Matul din iż-żjara, il-Ministru Dolores Cristinatkellmet ma’ numru kbir ta’ studenti u għalliema u filwaqt li ferħitilhom għall-proġetti li ħolqu, inkoraġġiethom biex ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fil-qasam tal-informatika li hu u se jibqa’ wieħed mill-oqsma fejn pajjiżna jrid jilħaq livell ta’ eċċellenza u li se jkun jipprovdi diversi opportunitajiet ‘il quddiem.
Fil-Fiera ħadu sehem ukoll numru ta’ kumpannijaprivati fosthom Microsoft, Design & Technology, Roamer u Lego.

DOI – 29.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow