Left arrow Go Back

DEVOLUZZJONI TAL-LIBRERIJA LOKALI TA’ ĦAL KIRKOP

PR0945
Date Icon 29/05/2009
Il-ħidma tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop fiħdan il-komunità llum qed tiġi estiża bid-devoluzzjoni tal-librerija lokali li tifforma parti mill-iskola primarja,  għand il-Kunsill Lokali. Il-Kunsill Lokali ta’ Kirkop investa ’l fuq minn €7,000 f’din il-librerija għall-ġid tal-komunità, f’xiri ta’ kotba ġodda, u servizz ta’ librar wara l-ħin tal-iskola, fost l-oħrajn.
Is-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said qal li d-devoluzzjoni ta’ llum qed tkompli żżid mal-lista ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni bejn id-dipartiment tal-libreriji fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Kunsilli Lokali, li tlaħħaq kważi 50 devoluzzjoni. Dan jammonta għal 70% tal-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex li qed jamministraw il-libreriji fil-lokalitajiet tagħhom.
Chris Said stqarrli d-dokument tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali jagħmel referenza għal-libreriji lokali biex jissaħħaħ il-kunċett ta’ lokalitajiet sostenibbli. Permezz tat-tiġdid se jingħataw iktar riżorsi għall-Kunsilli Lokali, u ser ikun hemm fondi addizzjonali għal-libreriji lokali u reġjonali. Infatti, kompla jgħid Chris Said, din is-sena ttieħdet id-deċiżjoni li jirdoppja l-ammont ta’ fondi li jingħataw għall-amministrazzjoni tal-libreriji lokali u reġjonali devoluti lill-Kunsilli Lokali.  L-ammont ta’ żieda  minn dak li kien jingħata qabel ser ikun parti mill-Fondi Speċjali, u għalhekk il-fondi mogħtija għall-amministrazzjoni tal-librerji jistgħu jintużaw biss u esklussivament għal-librerija.
Il-Kunsill Lokalita’ Ħal Kirkop adotta viżjoni ħolistika biex itejjeb u jikkordina is-suġġetti extra-kurrikulari mal-iskola primarja, anke permezz tal-ħatra ta’ kunsillier responsabbli mill-edukazzjoni, il-libreriji u l-kultura.
Minn Jannartal-2003 sa’ April ta’ din is-sena, jirriżulta li total ta’ 15,336 persuna għamlu użu mil-librerija permezz ta’ self ta’ kotba, li l-maġġoranza tagħhom huma tfal.  Il-ftuħ tal-librerija wara l-ħin tal-iskola affetwat b’mod pożittiv iż-żieda tan-numru ta’ persuni li jiffrekwentaw u jisselfu kotba mil-librerija fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop.
DOI –29.05.2009
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow