Left arrow Go Back

Shelter ta’ zmien il-Gwerra jgħaddi għand il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien biex ISIR  attrazzjoni kulturali

PR0931
Date Icon 28/05/2009
Is-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċiu Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi ippresieda ċerimonja fejn ġie iffirmat Att ta’ Kurazija bejn il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien u s-Sovrantendenza għall-Wirt Kulturali, ta’ shelter kbir ta’ żmien it-tieni Gwerra Dinjija fiċ-ċentru tal-lokal.  Il-ħsieb huwa li dan ix-shelter jiġi mdawwar f’attrazzjoni ta’ interess kulturali li tiġbed iżjed viżitaturi lejn dan ir-raħal, b’ġid għall-komunita’.
Dr Azzopardi qal li attivitajiet bħal dawnifissru kemm il-Gvern jemmen fl-inizjattiva tal-Kunsilli Lokali u entitajiet diversi, illi jissarraf f’ġid għall-komunita’ kollha.  F’okkażjonijiet bħal dawn toħrog biċ-ċar kemm huwa importanti li nkomplu nsostnu il-Kunsilli Lokali tagħna kif dejjem għamilna, biex ninkoraġġuhom ikomplu jġibu d-differenza fil-ħajja tan-nies.
Dr Azzopardi fakkar kif fil-Munxar biċċa artfiċ-ċentru tar-raħal, qed tiġi mdawwra fi ġnien innovattiv bl-ewwel open air gym f’pajjiżna.  Dan il-ġnien ser ikun imdawwal totalment minn enerġija nadifa, permezz ta’ ċelloli fotovoltajċi li ser jiġu nstallati grazzi għall-inċentivi tal-Gvern.
Fl-Għarb, bini li kien tal-Gvern għadda għandil-Kunsill Lokali biex jiġi żviluppat f’Ċentru Ċiviku li jiġbor fih għadd ta’ servizzi li jkollu bżonn il-pubbliku tal-lokal, miġbura taħt saqaf wieħed.  Apparti l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali nnifsu bis-servizzi kollha li joffri, dan iċ-ċentru ċiviku ser ikun fih ukoll spiżerija, librerija, servizzi finanzjarji kif ukoll day centre u night shelter.
Dr Azzopardi ħabbar li nhar it-Tnejn ser issirdevoluzzjoni ta’ playing field fir-Rabat Għawdex, lil Kunsill Lokali tar-Rabat u dalwaqt ser ikun hemm devoluzzjoni wkoll tal-Ipoġew ta’ Sta. Luċija f’Malta lill-Kunsill Lokali t’hemmhekk.
Dr Azzopardi saħaq li llum il-Kunsill Lokali ta’Ħal Tarxien ingħaqad mas-sensiela ta’ entitajiet li bbenefikaw mill-politika ta’ devoluzzjoni tal-Gvern li qed tissarraf f’ġid lill-komunita’.  Huwa kkonkluda li dan isir fid-dawl tal-ħsieb ta’ użu sostenibbli u razzjonali tal-proprjeta’ tal-Gvern.

DOI – 28.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow