Left arrow Go Back

ID-DIPARTIMENT GĦALL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA U PREVENZJONI TA’ MARD IFAKKAR IL-JUM DINJI KONTRA T-TABAKK

PR0930
Date Icon 28/05/2009
Fil-Jum Internazzjonali meta tiġi mfakkral-Ġurnata Dinjija Mingħajr Tabakk, id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jingħaqad mal-kumplament tad-Dinja biex ifakkar din il-ġurnata, bil-għan li titqajjem aktar kuxjenza u għarfien dwar l-implikazzjonijiet fuq is-saħħa tal-bniedem.
It-tema magħżula mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa(WHO) għal din is-sena hija “l-Istampi tat-Twissija fuq il-Prodotti tat-Tabakk”. Għal dan il-għan, id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa, li hu responsabbli għal kull ħidma kontra t-tipjip, ħa l-inizjattiva biex jeduka lill-pubbliku ġenerali. Dan qed isir permezz ta’ wirja, imtella mill-istess Dipartiment, bit-tema “ir-Realtà”.
It-tabakk huwa l-aktar fattur preventiv lijikkaġuna l-mewt.  Skond ir-rapport globali dwar l-epidemija tat-tabakk tal-2008 maħruġ mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sahha (WHO) fi Frar, l-użu tat-tabakk iwassal għall-mewt ta’ madwar 5.4 miljun persuna fis-sena b’konsegwenza tal-mard li jikkaġuna fosthom, il-kanċer tal-pulmun u l-mard tal-qalb.
Din il-wirja ġiet inawgurata uffiċjalmentmill-Onor. John Dalli, Ministru għall-Politika Soċjali u mill-Onor. Joe Cassar, Segretarju Parlamentari għas-Saħħa u qed tittella’ fil-Ministeru tal-Politika Soċjali, fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.  Fil-wirja qed jiġu esebiti ħmistax-il poster b’diversi stampi ta’ twissija kontra l-użu tat-tabakk.
Din il-wirja se tkun miftuħa għall-pubblikumit-28 ta’ Mejju sal-10 ta’ Ġunju 2009. Il-wirja għandha l-għan li tqajjem kuxjenza u għarfien fost il-pubbliku dwar l-importanza li wieħed m’għandux jibda jpejjep jew inkella biex jigi nkoraġġit  iwaqqaf dan il-vizzju qerriedi.
Il-ħinijiet tad-dħul huma mit-8.00 a.m sal-5.00p.m mit-Tnejn sal-Ġimgħa.  Fil-Jum Dinji Kontra t-Tabakk, nhar il-Ħadd, 31 ta’ Mejju, il-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku filgħodu wkoll.  Tul il-wirja, il-pubbliku li se jattendi se jkun jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu dwar din il-wirja permezz ta’ kwestjonarju qasir.
Flimkien ma’ din l-inizjattiva ġew  ippublikatiwkoll tliet fuljetti ġodda li fihom informazzjoni u tagħrif dwar it-tipjip u għajnuna sabiex dawk li jpejpu jkunu jistgħu jieqfu.  Dawn il-kotba qegħdin jitqassmu lill-pubbliku.
Id-Dipartiment għall-Promozzjoni għas-Saħħa uPrevenzjoni ta’ Mard se jintroduċi wkoll linja telefonika mingħajr ħlas (freephone), sabiex ikun hemm aktar support u għajnuna għal dawk in-nies li jixtiequ jaqtgħu l-vizzju tat-tipjip.
L-għan ewlieni ta’ din il-wirja hu li l-pubblikujsir aktar konxju tal-ħsara li jikkaġuna t-tipjip.  Il-kunċett ta’ stampi grafiċi ta’ twissija huwa mezz effettiv biex jeduka lill-pubbliku dwar l-effetti ħżiena tat-tabakk.  L-istampi ta’ twissija kontra l-użu tat-tabakk jinkoraġġixxu lill-pubbliku biex jieqaf mit-tipjip kif ukoll jistgħu jaqtgħu qalb lil dawk li jkunu se jaqbdu dan il-vizzju.

.../pr0930.jpg – anti Tobacco 1
.../pr0930.jpg – anti Tobacco 2

DOI – 28.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow