DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT IL-FTUĦ UFFIĊJALI TAL-ISTITUT GĦALL-ISTUDJI TURISTIĊI - IL-QALA, GĦAWDEX - L-ERBGĦA, 27 TA’ MEJJU 2009
PR0921
27/05/2009
Mistiedna Distinti
Sinjuri
| Huwa | l-pjaċir tiegħi li nkun hawn magħkom biex flimkien ninawguraw dan l-Istitut il-ġdid ġewwa Għawdex. |
| Din | l-okkażjoni tmur lil hinn mill-ftuħ uffiċjali tal-Istitut. Dak li qed nagħmlu dalgħodu hu parti mill-ħidma tagħna biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ taħriġ għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema, biex tissaħħaħ l-ekonomija, biex jinħolqu aktar impjiegi u biex it-turiżmu jkompli jissaħħaħ. |
| Dan | huwa pass ieħor fl-isforz nazzjonali biex flimkien inwettqu l-viżjoni 2015, fejn pajjiżna jsir ċentru ta’ eċċellenza fl-edukazzjoni u fit-turiżmu. Dan il-proġett huwa xhieda tal-benefiċċji tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea għax dan il-proġett juri biċ-ċar li l-fondi tal-Unjoni Ewropea qegħdin jiġu investiti fl-interess tal-poplu, tal-ħaddiema u taż-żgħażagħ tagħna. |
| Dan | l-Istitut iżewweġ flimkien tliet oqsma importanti għall-Gvern immexxi minni – l-edukazzjoni u t-taħriġ; ix-xogħol u t-turiżmu. |
| It-turiżmu huwa pilastru għall-ekonomija | Għawdxija u għalhekk jirrikjedi investiment kontinwu. Ilkoll nafu li t-turiżmu ma jiddependix biss fuq l-infrastruttura, il-lukandi jew l-ambjent imma anke fuq is-servizz li jagħtu l–operaturi u l-ħaddiema fis-settur. Għalhekk, it-tkabbir tal-industrija turistika tirrikjedi investiment kontinwu fin-nies li jaħdmu f’dan is-settur. |
| L-Istitut għall-Istudji Turistiċi se jkompli | jiftaħ aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ Għawdxin kemm ta’ studju u kemm ta’ xogħol. B’dan l-Istitut, iż-żgħażagħ se jkunu jistgħu jkomplu jistudjaw u jispeċjalizzaw hawn ġewwa Għawdex f’ambjent mill-isbaħ, b’tagħmir modern u faċilitajiet ġodda. |
| Il-korsijiet offruti se jkunu qed jippreparaw | l-istudenti għad-dinja tax-xogħol biex huma wkoll jagħtu l-kontribut tagħhom fl-iżvilupp ta’ din il-gżira. |
| Ix-xogħol jibqa’ prijorità ewlenija tal-Gvern | immexxi minni. Il-ħidma tagħna biex jitkattar aktar xogħol ġewwa Malta u Għawdex ma tiffukax biss fuq l-attrazzjoni tal-investiment imma tinkludi wkoll l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-ħaddiema tagħna. Biex ikollna xogħol ta’ livell għoli rridu nkomplu ninvestu fiż-żgħażagħ u l-ħaddiema tagħna. Hekk biss jiġi l-investiment, jekk ikollna ħaddiema mħarrġa. Bl-investiment li l-Gvern għamel fl-Istituti għall-Istudji Turistiċi, kemm f’Malta u kemm f’Għawdex, komplew jinfetħu aktar opportunitajiet ta’ xogħol hekk kif żdied l-investiment f’dan is-settur. |
| Huwa | importanti li l-edukazzjoni tkun rilevanti għad-dinja tax-xogħol u għaċ-ċirkustanzi partikulari tal-industrija. Nemmen li f’Għawdex l-Istitut għandu jkun katalist fit-trasformazzjoni tat-turiżmu ġewwa din il-gżira u li tipprepara l-operaturi u l-ħaddiema għall-forom ġodda ta’ turiżmu. Hekk biss inkunu nistgħu nilħqu l-eċċellenza f’dan is-settur. L-operaturi u l-ħaddiema jridu jkunu ffukati fuq il-ħtiġijiet tat-turisti u li jgħinuhom ikollhom esperjenza interessanti ġewwa Għawdex. |
| Hekk | kif tkompli tiġġedded l-industrija tat-turiżmu, hekk ukoll iridu l-ħaddiema jkomplu jġeddu l-ħiliet tagħhom. Fit-turiżmu wkoll huwa importanti l-kunċett tal-life-long learning. Hawn ukoll l-Unjoni Ewropea kienet ta’ benefiċċju kbir għall-pajjiżna hekk kif fl-aħħar 5 snin 11,000 ħaddiem Malti u Għawdxi komplew jitħarrġu bil-fondi tal-Unjoni Ewropea. Din is-sena ħarġu 3 skemi oħra li se joffru programmi ta’ taħriġ u impjieg lil 26,000 persuna. Waħda mill-iskemi tipprovdi li għall-Maltin, l-ETC tħallas 26 ġimgħa mill-paga u mill-bolla; għall-Għawdxin dan il-ħlas jitla’ għal 52 ġimgħa. Il-Gvern qiegħed juri s-sensittività tiegħu lejn Għawdex billi bil-fatti jagħmel skemi li jkunu addattati aktar għal Għawdex u għal Għawdxin. |
| Il-Gvern ħa deċiżjoni politika li 10% tal-fondi | tal-Unjoni Ewropea jiġu investiti f’Għawdex. F’Għawdex sar investiment fl-MCAST biex l-istudenti Għawdxin isegwu korsijiet f’Għawdex bl-aqwa tagħmir u sar investiment fiċ-Ċentru tal-Arti u dak tal-Artiġġjanat. B’fondi tal-Unjoni Ewropea saru wkoll skemi biex aktar ħaddiema jidħlu f’impjieg. Minn żewġ skemi waħda tal-ETC u l-oħra tal-Malta Enterprise, 300 persuna daħlu f’impjieg, f’Għawdex. |
| B’fondi tal-Unjoni Ewropea investejna biex isiru | aktar toroq ġodda. Sar titjib tal-prodott turistiku b’titjib fil-Mużew tal-Arkeoloġija; saru siti ġodda għall-għaddasa u Hyperbaric Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. |
| Sar | investiment biex intejbu l-ambjent f’Għawdex. Sar l-impjant tat-tisfija tad-dranaġġ u b’hekk, aktar minn 90% tad-dranaġġ iġġenerat f’Għawdex qed jiġi trattat. Dan naqqas it-tniġġiż tal-baħar madwar il-kosta u reġa’ radd lura għall-istat naturali tagħha l-bajja pittoreska ta’ San Blas. Dan hu wkoll proġett essenzjali biex insaħħu t-turiżmu u nwettqu l-viżjoni ta’ Għawdex bħala gżira ekoloġika. |
Sinjuri
| Illum qegħdin hawn biex ninawguraw dan | l-Istitut, istituzzjoni edukattiva importanti li tingħaqad mal-investiment li qed jagħmel il-Gvern fl-istudenti, iż-żgħażagħ u l-ħaddiema Għawdxin. L-istituzzjonijiet edukattivi f’Għawdex qed jiżdiedu u jitjiebu, fosthom fl-MCAST u fiċ-Ċentru tal-Università. Bħalissa għaddej ukoll il-bini ta’ skola sekondarja ġdida. Din l-iskola se toffri aktar spazju b’faċilitajiet aktar moderni għat-tagħlim u r-rikreazzjoni. Il-faċilitajiet il-ġodda jinkludu 18-il laboratorju għall-lezzjonijiet xjentifiċi jew teknoloġiċi, laboratorji għat-tagħlim tas-suġġetti fl-arti, id-disinn, u food technology. Se jkun hemm ukoll faċilitajiet sportivi aħjar biex jintużaw għal diversi dixxiplini sportivi. |
| B’dan l-Istitut għall-Istudji Turistiċi qegħdin | inżidu l-investiment fil-ħaddiema Għawdxin biex it-turiżmu jkompli jissaħħaħ. Nawgura kull suċċess lill-ħaddiema u lill-istudenti li se jagħtu ħajja lil dan l-istitut. |
DOI - 27.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984