STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT, U L-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT
PR0917
26/05/2009
| Il-Gvern ma għalaq ebda bieb | għal diskusssjonijiet |
| Kuntrarjament għal dak li qal | is-Sur John Bencini, President tal-MUT f’kummenti lill-istampa l-lum wara nofsinhar, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investment Tonio Fenech, u l-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, jiċħdu kategorikament li f’laqgħa informali li kellhom it-Tnejn li għadda ma’ uffiċjali tal-MUT, il-Gvern qatt għalaq il-bieb għal diskussjonijiet mal-Union dwar it-talbiet ġodda li qed tagħmel lill-Gvern. |
| Waqt l-iffirmar ta’ żewġ | Memoranda of Understanding fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, li minnhom ser jibbenefikaw 1,438 persuna, Bencini qal li din l-okkażżjoni sabiħa hi mtappna minn dak li seħħ f’laqgħa nhar it-Tnejn li għadda fejn il-Gvern għalaq għal kollox il-bieb għat-talbiet tal-MUT. |
| Il-Ministru Dolores Cristina | ċaħdet li fl-imsemmija laqgħa b’xi mod il-Gvern għalaq il-bieb lill-MUT. Minflok, il-Gvern ippropona li jsir Studju Komparattiv dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-setturi kollha fis-Servizz Pubbliku biex issir xi ħaġa armonjuża u komplessiva u mhux ikunu kunsidrati kategoriji individwali. Il-Gvern ried sitt xhur żmien biex isir dan l-istudju u qatt ma għalaq ebda bieb lill-MUT. |
DOI – 26.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984