Malta u l-Italja jistiednu lil-Libja sabiex it-tliet pajjiżi jiltaqgħu flimkien ix-xahar id-dieħel
PR0916
26/05/2009
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet | Barranin, Tonio Borg illum kellu laqgħa mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan, Franco Frattini fil-Farnesina f’Ruma. |
| Din il-laqgħa ġiet deskritta miż-żewġ Ministri | bħala waħda pożittiva ħafna. It-tema prinċipali ta’ din il-laqgħa kienet l-immigrazzjoni llegali. Iż-żewġ pajjiżi fissru f’iktar dettal l-isfida li qegħdin jiffaċjaw u qed jimpenjaw ruħhom li jpoġġu din l-problema fil-kuntest Ewropew iktar minn qatt qabel. |
| Waqt konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem din | il-laqgħa, il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg ħabbar li Malta u l-Italja qed jistiednu lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Libjan sabiex jattendi għal laqgħa f’Ruma bejn it-tliet pajjiżi, bit-tema tal-laqgħa tkun l-immigrazzjoni illegali. |
| Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti stqarr | li Malta ssostni l-politika li qed tħaddan l-Italja dwar ir-ritorn ta’ immigranti llegali lura lejn il-Libja, li jkunu ġew interċettati f’ibħra internazzjonali. F’dan ir-rigward kemm il-Ministru Malti kif ukoll dak Taljan ferħu lil-Libja għall-mod kif fl-aħħar ġimgħat ikkollaborat sabiex jinstabu soluzzjonijiet għal din it-traġedja umana. |
| Il-Ministru Taljan Franco Frattini stqarr li | l-Italja ssostni l-proposta li għamlet Malta, sabiex jiġi msaħħaħ l-Uffiċċju tal-United Nations High Commissioner for Refugees (UNHCR) fi Tripli l-Libja. |
DOI – 26.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984