STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
PR0915
26/05/2009
| It-trasport pubbliku | għandu jkun ippjanat skond ix-xewqat tal-passiġġieri mhux tas-sidien |
| L-ATP illum reggħet tenniet | il-konfużjoni klassika tagħha bejn id-dritt għall-konsultazzjoni u l-veto tagħha fuq riforma fit-trasport pubbliku. |
| Il-Gvern ikkonsulta lill-ATP dwar kif għandu | jkun irriformat it-trasport pubbliku. L-hekk imsejħa sfida tal-lum biex il-Gvern jippubblika l-minuti tal-laqgħat ta’ konsultazzjoni hi mossa redikola l-aktar meta l-Maltin raw fuq it-televiżjoni fil-5 ta’ Diċembru li għadda lis-sidien membri tal-ATP jesprimu l-veduti tagħhom dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku waqt il-konferenza nazzjonali dwar is-suġġett. |
| Dan minbarra l-pożizzjonijiet miktuba tal-ATP | dwar dan is-suġġett inkluża l-istqarrija tal-lum. |
| Il-verità, hi li essenzjalment il-kontribut tal-ATP | għar-riforma kien strajk, protesti u stqarrijiet partiġġjani. Dan minflok li l-ATP ħejjiet ruħha u lill-membri tagħha biex jikkompetu fi proċess ta’ tender. |
| L-ATP hija skorretta meta tgħid li l-Gvern qed | jeskludiha milli toffri xi servizz ta' ġarr bla skeda. Qabel ir-riforma tat-trasport bla skeda dan is-settur kien ristrett u x-xufiera tal-karozzi tal-linja kienu esklużi milli joffru servizzi lit-turisti. Imma issa jistgħu jagħmlu dan ukoll u s-suq infetaħ għalihom. Iżda l-ATP trid tifhem li kemm fis-settur tat-trasport mingħajr skeda u fis-settur tat-trasport bi skeda, mhix l-ATP li tiddeċiedi x’inhuma il-livelli ta’ servizz meħtieġa, iżda l-Gvern li jiddeċiedi fl-interess tal-passiġġieri u l-konsumaturi u mhux neċessarjament fl-interess tal-operaturi. |
| L-argument tal-ATP li l-Gvern kellu jabbanduna | l-interessi tal-passiġġieri Maltin biex jipproteġi l-interessi tal-operaturi kontra normi Ewropej ta’ liberalizzazzjoni hu miċħud għal kollox mill-Gvern. Il-livell ta’ servizz li għandhom il-Maltin hu waħdu ġustifikazzjoni għar-riforma, anke jekk l-ATP ma tridhiex. |
| Il-Gvern itenni li r-riforma fit-trasport | pubbliku se ssir u f’dan is-sajf issir is-sejħa pubblika għall-offerti ta’ min irid joffri dan is-servizz. L-ATP hi mistiedna torganizza ruħha u ttejjeb is-servizz li toffri biex tikkompeti għal dan il-kuntratt. Ikun ċar iżda li jekk l-aspettattivi tal-ATP hi li jkun hemm sussidju ta’ 45 miljun ewro (iċ-ċifra li ċċitat hi l-bieraħ) biex toffri s-servizz li jeħtieġ il-pubbliku Malti b’nolijiet aċċessibbli għal kulħadd, il-kuntratt ċertament jingħata lil offerenti li jkunu qed jagħmlu offerta bil-bosta aktar kompetittiva minn hekk. |
DOI - 26.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984