Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT CLYDE PULI, JILTAQA’ MAL-ATLETI LI GAWDEW MIT-“20/20 SPORT TRAINING SCHEME”. L-ATLETI LI QED IGAWDU MINN DIN L-ISKEMA SE JKUNU QED JIRRAPREŻENTAW LIL MALTA FIL-LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR.

PR0909
Date Icon 25/05/2009
L-għan tal-gvern hu dak lijippromwovi u jassisti l-iżvilupp tal-Isport filwaqt li jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni fl-isport fil-livelli kollha tas-soċjetà.
Dan qalu s-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed iżur l-atleti li qed igawdu mill-iskema “20/20 Sport Training Scheme”. Din l-iskema kienet  imħabbra bħala proġett pilota f’Jannar li għadda u fl-ewwel xhur tagħha gawdew  minnha l-atleti li jaħdmu fis-settur pubbliku u li ser jieħdu sehem fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar f’Ġunju li ġej. B’kollox seba’ atleti gawdew minn din l-iskema.
Dawn l-atleti ingħataw samassimu ta’ għoxrin siegħa leave bi ħlas fil-ġimgħa biex jitħarrġu fid-dixxiplina tagħhom skont programm ta’ taħriġ professjonali ppreparat minn kowċis u għaqdiet sportivi rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-iSport.
L-atleti li kkwalifikaw għaldin l-iskema huma: Joanne Camilleri (Judo), Giselle Camilleri (Atletika), Rachid Chouhal (Atletika), Mario Bonello (Atletika),  Maya Podestà (Ibburdjar), Mario Mifsud (Atletika) u Antonella Chouhal (Atletika).
Minbarra dan il-Gvern qedjinvesti wkoll f’William Chetcuti, it-tiratur Malti li rnexxielu jġib bosta riżultati pożittivi lejn pajjiżna. William Chetcuti li huwa wkoll impjegat tal-Kunsill Malti għall-Isport qed jingħata 40 siegħa fil-ġimgħa leave bi ħlas biex ikun jista’ jippratika l-isport tal-isparar.
Clyde Puli tenna li  dinl-iskema hi biss parti mill-assistenza li qed jingħata il-Moviment Olimpiku Malti mill-Gvern. Matul l-2008 ingħataw total ta’ €748,000, f’assistenza finanzjarja mill-Kunsill Malti għall-Isport.  Din l-għajnuna tinqasam f’€362,000 f’għajnuna finanzjarja diretta, filwaqt li €386,000 oħra għaddew lill-assoċjazzjonijiet Nazzjonali involuti fl-Isport Olimpiku.
Din l-għajnuna ma tinkludixl-għajnuna finanzjarja li l-KOM jirċievi minn entitajiet oħra tal-Gvern  fosthom mill-Good Causes Fund, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-AirMalta. Minbarra assistenza finanzjarja l-isport olimpiku igawdi wkoll minn għajnuna indiretta fosthom l-Ispecial Sport Leave, sussidji għall-użu ta’ faċilitajiet sportivi u inċentivi fiskali oħra mħabbra f’Lulju li għadda. Dan kollu jammonta għall-eluf ta’ ewro oħra lil’hinn mis-€748,000 mgħoddija mill-Kunsill Malti għall-Isport.
Clyde Puli temm billi awgurakull suċċess lill-atleti li se jipparteċipaw f’Ċipru. Hu saħaq li jinsab konvint li l-atleti kollha se jkunu qed jagħtu l-aħjar tagħhom.


DOI - 25.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow