STQARRIJA TAL-MINISTERI GHAL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
PR0902
23/05/2009
| L-impjant | il-ġdid f’Delimara hu skont il-liġi dwar l-emmissjonijiet u mhux se jipperikola s-saħħa |
| L-impenn tal-Gvern li jżomm l-emmissjonijiet | skont standards ambjentalment aċċettabbli mhix xi slogan imma hija obbligu legali internazzjonali li ġej mill-qbil fost il-membri kollha ta’ l-UE u anke madwar id-dinja. Hu għalhekk li l-impjant il-ġdid ta’ Dellimara se jkun kompatibbli ma’ l-istandards ambjentali Ewropej u l-emmissjonijiet se jkunu skont dak li tippermetti l-ligi. |
| Sal-ġurnata tal-lum l-ebda pajjiż fid-dinja ma | jista’ jgħaddi mingħajr żjut għall-enerġija. Kull pajjiż għandu taħlita ta’ sorsi ta’ enerġija u l-viżjoni tal-Gvern biex ikollu l-windfarms u l-pjani għall-proġett ta’ l-interconnector ma’ l-Ewropa li se jgħinna nixtru l-elettriku b’mod aktar nadif, taħseb biex Malta wkoll tilħaq il-miri stabbiliti biex jitnaqqsu l-emmissjonijiet. |
| Dan kollu għandu jsir mingħajr ma nipperikolaw | il-kompetittivita’ ta’ pajjiżna. Ir-raġuni titlob li l-obbligazzjonijiet ambjentali għandhom ikunu rispettati fl-istess waqt li l-ekonomija tibqa’ sostenibbli. |
| Ir-risposti għall-mistoqsijiet ippubblikati llum | minn erba’ NGOs ngħataw nhar l-Erbgħa li għadda waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet. Ġie spjegat li t-trab (tradotta bl-Ingliż għal “particles” m’hux “trab”) li jkun prodott waqt il-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku se jkun miġbur permezz ta’ filtri, maħżun f’kaxxi riċiklati u mibgħut barra bħala skart. |
| Tajjeb li wieħed jgħid li dan il-proċess kollu | diġa’ ttieħed inkunsiderazzjoni fit-tender li ngħata lil BWSC u b’din il-kunsiderazzjoni b’kollox it-total xorta hu l-irħas wieħed mit-tliet offerti mitfugħa. Kulħadd jaqbel, inkluż l-NGOs, li l-impjant tal-Marsa jrid jingħalaq. L-impjant il-ġdid se jkun mgħammar b’tagħmir ġdid, aktar effiċjenti u b’teknoloġija li tirrispetta l-ambjent. |
| Il-prova tal-Gvern li jrid jibda uża sorsi ta’ | enerġija aktar nadifa, bħall-gass, diġa’ qegħda hemm għax fil-Powerstation ta’ Dellimara hemm 5 turbini li jistgħu jitħaddmu bil-gass. Dawn huma fatti injorati mill-Alternattiva Demokratika u kritiċi oħra. Kemm l-AD kif ukoll ċerti NGOs jagħżlu li jinjoraw ukoll il-fatt li anke kieku l-impjant ta’ Bateman kien magħżul, dan l-impjant kellu jitħaddem bil-heavy fuel oil jew bid-diesel għax sa l-2011 żgur mhux se jkun hawn gass naturali jintuża f’Malta. Barra minn hekk l-impjant magħżul, meta jkun il-waqt jista’ jitħaddem ukoll bil-gass. |
DOI - 23.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984