Il-President George Abela jinawgura ‘Lejlet Lapsi, Notte Gozitana’
PR0895
22/05/2009
| Ilwien, entużjażmu | taż-żgħażagħ u għadd ta’ attivitajiet fil-biċċa l-kbira b’sehem sħiħ tat-tfal, laqgħu lill-President George Abela meta llum inawgura uffiċjalment l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Lejlet Lapsi, Notte Gozitana fir-Rabat, Għawdex. |
| Il-President Abela ntlaqa’ | fil-port tal-Imġarr mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono. Minn hemm il-President ittieħed iżur uħud mill-attivitajiet li qed iwasslu lil Għawdex ikun kalamita għal tant nies, Maltin u barranin, f’dan tmiem il-ġimgħa. |
| Fost oħrajn, saru żjarat | fil-Kumpless Sportiv għall-attività annwali tal-iSkolasport; f’Misraħ San Franġisk fejn saret wirja mill-iSbandieratoridella Contrade della Cerva ta’ Venezja; fil-Ministeru għal Għawdex u fil-Kurja tal-Isqof, f’Misraħ l-Indipendenza u f’Misraħ il-Kattidral fiċ-Ċittadella. |
| Il-President Abela ġie mdawwar | ma’ diversi wirjiet u attenda wkoll attivitajiet ta’ tpinġija u daqq ta’ mużika mit-tfal. |
| Il-President George Abela | kkummenta fuq is-sens kbir ta’ kultura f’Għawdex u li f’kull wirja tispikka b’mod speċifiku l-karatteristika Għawdxija. |
DOI – 22.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984