Left arrow Go Back

SOSTENN KONTINWU LILL-GHAQDIET MHUX GOVERNATTIVI GĦALL-ĠID TAL-KULTURA

PR0883
Date Icon 21/05/2009
Is-Segretarju Parlamentari għall-ErarjiPubbliċi u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi llum għadda lill-Fondazzjoni Wirt Artna (FWA), it-Torri magħruf bhala tal-Madliena, biex jiġi restawrat u żviluppat f’attrazzjoni għall-attivitajiet organizzati mill-istess ghaqda mhux governattiva (NGO). Jason Azzopardi qal li din l-okkażjoni kienet prova oħra ta’ kemm il-Gvern jemmen fl-NGOs, bħall-Fondazzjoni Wirt Artna, li huma tant neċessarji għal soċjeta’ b’saħħitha.
L-Onor. Jason Azzopardi qal li meta l-Gverngħadda siti simili lill-FWA fil-passat, dawn dejjem issarfu f’suċċess. Il-Fondazzjoni Wirt Artna tgawdi rispett kbir fix-xogħol tagħha, u iktar ma jmur issaħħaħ l-awtorita’ tagħha fil-qasam kulturali speċjalment meta jkun hemm enfasi fuq l-istorja militari ta’ pajjiżna.
Permezz ta’ politika ta’ devoluzzjoni,il-Gvern qed jagħmel użu iktar razzjonali u għaqli tal-proprjeta’ tiegħu, għax ikun qed jimmassimizza l-potenzjal tal-assi tiegħu. F’Malta għandna x-xorti li għandna ammont sabiħ ta’ siti li huma xhieda ta’ storja twila tal-kultura Maltija. Dawn is-siti tajjeb li jinżammu fl-istat dekoruż li jixirqilhom, u li jsirilhom ir-restawr meħtieġ. Tajjeb ukoll li dawn is-siti jsir minnhom użu li jirrifletti l-importanza tagħhom. It-Torri tal-Madliena li għadda għand il-FWA, huwa r-raba’ torri li nbena mill-Gran Mastru De Redin fl-1658. Il-FWA talbet lill-Gvern biex tieħu f’idejha dan it-Torri biex tirrestawrah għall-istat oriġinali tiegħu, filwaqt li tkun tista’ tużah bħala sit ieħor ta’ Wirt Storiku fl-attivitajiet li torganizza. Il-finanzi għal dan il-proġett huma ppjanati li jiġu mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Eżempji oħra fejn il-Gvern wera sostenn konkret lill-Fondazzjoni Wirt Artna huma:
• It-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn ligħadda għand il-FWA f’Awissu 2008, biex jiġi rrestawrat u żviluppat f’Mużew dwar il-Piraterija fil-Mediterran;
• Is-Saluting Battery tal-Barrakka ta’ Fuqfil-Belt Valletta, flimkien ma’ kważi 7.5 kilometri kwadri ta’ wirt storiku għaddiet b’Guardianship deed lill-FWA biex jiġu żviluppati fl-ewwel Heritage Park f’pajjiżna;
• It-Torri tax-Xgħajra, (li kellu ħsaratestensivi) għadda għand il-FWA fl-1998,. Ir-restawr sar mill-FWA stess bil-programm ta' Fondi għall-Inizjattivi Ambjentali tal-MEPA. Meta jitlesta dan ser jingħaqad mas-siti l-oħra fl-inħawi f'Heritage Trail fuq id-difiżi militari mal-kosta Maltija;
• Bieb is-Sultan (Bieb ta' Notre Dame) għaddagħand il-FWA fl-2000. Bieb is-Sultan jintuża ukoll bħala s-sede tal-FWA u jagħmel parti mill-Heritage Trail organizzata mill-FWA;
• Il-Forti Rinella għaddiet għand FWAfl-1991. F’dan il-forti ta' kuljum, jsiru re-anactments mill-voluntiera tal-istess FWA, u jżuruh madwar 45,000 ruħ fis-sena. F'dan il-forti jinsab l-ikbar kanun li qatt inbena fl-istorja, kif ukoll l-ewwel kanun mekkanizzat: l-Armstrong 100-ton gun.

DOI – 21.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow