ABBOZZ TA’ REGOLAMENTI ĠODDA LI JIMPLIMENTAW RIFORMA FIS-SERVIZZI GĦALL-PASSIĠĠIERI TA’ TAXIS U KAROZZI ŻGĦAR TA’ TRASPORT PUBBLIKU OĦRA
PR0882
21/05/2009
| Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u | Kommunikazzjoni ħejja abbozz ta’ Regolamenti ġodda li jimplimentaw ir-riforma fis-servizzi għall-passiġġieri ta’ taxis u karozzi żgħar ta’ trasport pubbliku oħra. |
| Ir-regolamenti huma mibnija fuq il-ħsibijiet | tal-Gvern ippubblikati fid-dokument tal-Ministeru ‘Viżjoni għat-Trasport Pubbliku li jaqdi lill-pubbliku f’kuntest ta’ sostenibbiltà ambjentali: Servizzi Taxis’. |
| Dak id-dokument kien pubblikat f’Settembru | 2008 u kien akkumpanjat minn diskussjonijiet ma’ l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi fis-settur. L-abbozz ta’ regolamenti għalhekk isegwi perjodu twil ta’ konsultazzjoni. |
| Il-Ministeru qed jistieden kummenti u | reazzjonijiet finali minn dawk interessati, sa nhar il-Ħamis, 11 ta’ Ġunju, 2009. |
L-abbozz tad-Regolamenti jista’ jitniżżel minn: https://secure2.gov.mt/mitc-backend/mediacenter/PDFs/1_LPTV%20and%20Taxi%20Services%20Regulations.pdf
DOI - 21.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984