Left arrow Go Back

Il-Ministru tal-Edukazzjoni ŻŻur Esibizzjoni mtella’ minn studenti tal-Junior Lyceum

PR0880
Date Icon 21/05/2009
Il-Ministrutal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Dolores Cristina żaret esibizzjoni mtella’ minn studenti tal-Junior Lyceum tal-Bniet tal-Kulleġġ San Injazju, bħala parti minn inizjattiva tal-proġett Comenius li pparteċipaw fiha flimkien ma’ studenti minn skejjel mir-Renju Unit, Franza, il-Greċja u l-Polonja. Il-proġett kien intitolat “Nippreservaw l-Ambjent tal-Ewropa  - Issa u għall-Futur”.  Għal dan il-proġett l-iskola ħadet €24,000 biex numru ta’ studenti setgħu jżuru u jiltaqgħu ma’ studenti fi skejjel f’pajjiżi barranin.
Lura fl-iskolatagħhom f’Malta, l-istudenti ħolqu Wild Zone (Żona ta’ Konservazzjoni) fl-iskola, fejn poġġew pjanti indiġeni u oħrajn endemiċi u parti li tkun dejjem tħaddar tul is-sena kollha.  Inbniet ukoll vaska bl-iskop li tiżdied il-biodiversita’ fil-post.  Tħawlu wkoll speċi tas-siġra maltija tal-Għargħar flimkien ma’ xi fjuri selvaġġi.
Barra minn diniż-żona ta’ konservazzjoni, l-istudenti taħt il-ġwida tal-għalliema tagħhom tellgħu esibizzjoni ta’ crafts, tpinġija u esperimenti xjentifiċi li għaliha ntuża materjal riċiklat jew materjal li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.
Il-MinistruCristina ingħatat spjegazzjoni mill-istudenti dwar il-ħidma tagħhom f’dan il-proġett, u tkellmet magħhom dwar l-esperjenzi tagħhom kemm meta żaru pajjiżi barranin u ltaqgħu ma’ studenti hemmhekk kif ukoll dwar kif ħadmu fuq dan il-proġett.  Il-Ministru rat ukoll lill-istess studenti jieħdu ħsieb iż-żona ta’ konservazzjoni u ħeġġithom biex jibqgħu jieħdu ħsieba u jibżgħu għall-ambjent.

DOI – 21.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow