Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. TONIO FENECH, MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT, WAQT LAQGĦA GĦALL-GUIDANCE TEACHERS, ORGANIZZATA MILL-AWTORITÀ MALTIJA TAS-SERVIZZI FINANZJARJI (MFSA) – FLORIANA - 20 TA’ MEJJU 2009

PR0873
Date Icon 20/05/2009

Sinjuri,

Nixtieq nilqa’ minn qalbi lill-parteċipantili qegħdin magħna llum. Ninsab kuntent ħafna li qiegħed hawnhekk illum biex inkun nista’ naqsam magħkom messaġġ qasir iżda ferm importanti.
Illum għandna settur tas-servizzi finanzjarjidinamiku u li jaħdem sew, u li għandu l-kompetenza, ir-riżorsi u l-potenzjal meħtieġa sabiex ikompli jiżviluppa. Is-servizzi finanzjarji jsarfu f'eluf ta' impjiegi u jagħtu kontribut siewi lill-Prodott Gross Domestiku tagħna. Aħna nixtiequ li din iċ-ċifra tkompli tikber u huwa għalhekk li l-istrateġija tal-Gvern hija li jirfina u jipperfezzjona l-aspetti kollha li għandhom rwol x’jilgħabu f’dan is-sens.
Tejjibna s-servizzi edukattivi sabiexninkludu korsijiet strutturati li huma ffukati fuq l-industrija, kabbarna l-infrastruttura teknika ta’ pajjiżna u ħejjejna wkoll leġislazzjoni u regolamenti li jilħqu l-istandards stretti tal-Unjoni Ewropea.
Fl-istess ħin, indirizzajna l-ħtiġijiettal-industriji u implimentajna linji politiċi li jkattru n-negozju, waqt li joħolqu ambjent operattiv dinamiku u proattiv għal kull kumpanija li tixtieq tinvesti jew tagħmel negozju f’Malta. Bla dubju, ser inkomplu naħdmu biex intejbu dawn il-kundizzjonijiet.
Is-settur tas-servizzi finanzjarji huwamistenni li jkompli jkollu rwol fundamentali fl-iżvilupp tal-ekonomija tagħna u s-suċċess tagħha fil-futur. F’dawn l-aħħar snin rajna lil dan is-settur jiżviluppa f’għadd ta’ oqsma innovattivi ta’ valur għoli u dan għen lil Malta biex issir ċentru internazzjonali attraenti għan-negozju. Il-Gvern jibqa’ impenjat biex ikompli jespandi u jkabbar is-settur tas-servizzi finanzjarji bil-għan li jistabbilixxih bħala ċentru globali ta’ eċċellenza tal-ogħla reputazzjoni.
L-edukazzjoni hija wkoll fattur essenzjaligħall-Gvern fl-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija tagħna, u l-investiment f’dan il-qasam jibqa’ prijorità għolja. L-għan tagħna huwa li pajjiżna jkun rikonoxxut bħala ċentru ta’ eċċellenza fl-edukazzjoni u fis-servizzi finanzjarji sal-2015. Sabiex niksbu dan il-għan jeħtieġ li nkomplu ninvestu f’kull livell edukattiv, fl-infrastruttura, f’għodod edukattivi, fl-għalliema u fil-faċilitajiet ta' appoġġ kollha meħtieġa.
Dan ma nistgħux nagħmluh weħidna u huwagħalhekk illi intom għandkom rwol importanti biex tħejju lill-impjegati prospettivi fi ħdan is-settur tas-servizzi finanzjarji. Il-fatt li f’pajjiżna għandna ħaddiema professjonali u mħarrġa sew kien, għadu u nemmen li jibqa’ wieħed mill-fatturi li qed jiġbed in-negozju tas-servizzi finanzjarji lejn pajjiżna.
L-ewwel darba li konna indirizzajnalill-Guidance Teachers dwar il-kontribut tagħkom biex tippromwovu karrieri fis-settur tas-servizzi finanzjarji kien matul l-2007, meta fil-Pjan Strateġiku tal-MFSA għall-2007 – 2009 il-ħolqien ta’ kuxjenza kien inkluż bħala wieħed mill-objettivi tal-Awtorità.
Minn dak iż-żmien ’l hawn l-MFSA u l-GuidanceUnit fi ħdan id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni daħlu fi proċess siewi ta’ kollaborazzjoni li bis-saħħa tiegħu l-Guidance Unit qed tifhem aħjar x’jinvolvu l-karrieri fis-servizzi finanzjarji. Fl-istess ħin, l-MFSA qed tifhem aħjar l-kwistjonijiet ta’ kuljum relatati max-xogħol li twettaq il-Guidance Unit. L-MFSA saret ukoll aktar konxja dwar ir-rwol importanti li għandha l-Guidance Unit fil-promozzjoni ta’ karrieri fis-settur tas-servizzi finanzjarji u biex tgħin lill-istudenti li jixtiequ jidħlu għal dawn il-karrieri.
Bis-saħħa tal-livell ta’ koperazzjoni linkiseb matul dawn l-aħħar sentejn, l-istudenti tal-livell sekondarju fl-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti bbenefikaw minn żjarat ta’ gwida dwar il-karrieri fi ħdan l-MFSA. Matul dawn iż-żjarat l-istudenti kollha involuti kellhom l-opportunità li jiddiskutu d-diversi għażliet ta’ karrieri li ser ikunu disponibbli għalihom u d-diversi linji li jistgħu jagħżlu.
L-iskema pilota ta’ job shadowing, li qedtitnieda llum, hija pass ieħor ’il quddiem biex ngħinu lill-istudenti tal-iskejjel sekondarji biex jifhmu aħjar x’tinvolvi karriera fis-servizzi finanzjarji. Min-naħa l-oħra, dawk il-kumpaniji liċenzjati li għażlu li jipparteċipaw f’dan il-proġett, fehmu li dan l-eżerċizzju mhuwiex ħela ta’ ħin iżda investiment fil-futur tar-riżorsi umani. Il-job shadowing huwa utli sabiex nibdew inrawmu lill-istudenti lejn karrieri ta’ suċċess f’diversi oqsma. Fl-aħħar mill-aħħar, dawn il-kumpaniji probabbilment ser ikunu qed iħarsu lejn dawn l-istudenti bħala impjegati prospettivi fil-futur. Għalhekk, involviment akbar mill-operaturi fi ħdan is-settur fi skemi futuri ta’ job shadowing ikun ta’ inċentiv biex jipparteċipaw aktar studenti.
Minbarra li tippromwovi dan il-proġett ta’job shadowing, l-MFSA ikkummissjonat stħarriġ immirat biex jidentifika kapaċitajiet li huma neqsin fis-settur, li fih ħadu sehem istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji, kumpaniji tal-assigurazzjoni, kumpaniji li joffru servizzi ta’ investiment u kumpaniji li jimmaniġġjaw trusts kif ukoll negozji oħrajn bħal accountancy firms u kumpaniji ta’ treasury management.
Dan l-eżerċizzju kien essenzjali minħabbar-rwol dejjem akbar li s-servizzi finanzjarji qed jassumu fi ħdan l-ekonomija Maltija u s-suq tax-xogħol u l-ħtieġa li tiġi żgurata provvista kontinwa ta’ forza tax-xogħol imħarġa sew. Biex insemmu xi ftit figuri, il-234 kumpanija li ġew ikkuntattjati irreġistraw total ta’ madwar 251 post tax-xogħol battal, u l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji intervistati indikaw in-nuqqas ta’ esperjenza ta’ xogħol u n-nuqqas ta’ kwalifiki meħtieġa bħala r-raġunijiet ewlenin għad-diffikultà biex jimtlew dawn il-postijiet tax-xogħol battala.
Minkejja dan, jeħtieġ li nirrimarka lis-settur qed jibni momentum ferm konsistenti bħala opportunità ta’ karriera. Fil-fatt, bejn l-2003 u l-2008 kien kemm żieda ta’ 26 fil-mija fil-gradwati ħerġin mill-Università u l-MCAST f’industriji relatati mas-servizzi finanzjarji. Madankollu, ser ikollna bżonn saħansitra aktar gradwati sabiex insostnu t-tkabbir mistenni.
Il-proġett pilota ta’ job shadowing u l-pjanta’ azzjoni mill-Kunsill Konsultattiv dwar l-Edukazzjoni fi ħdan l-MFSA li qed jiġu mnedija jikkostitwixxu żewġ passi kbar fl-isforzi tagħna biex nindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-karrieri u t-taħriġ li ħarġu mill-istħarriġ dwar l-hekk imsejjaħ “skills gap”.
Dawn il-kwistjonijiet huma ta’ relevanzagħall-MFSA bħala regolatur, għad-diversi kumpaniji liċenzjati u għall-Gvern fl-isforzi tiegħu biex jagħmel is-servizzi finanzjarji wieħed mill-pilastri ewlenin tal-ekonomija sal-2015.
Għalkemm hija aġenzija regolatorja, huwaimportanti li l-MFSA tkun involuta f’attivitajiet relatati mal-karrieri u t-taħriġ. Permezz ta’ dan l-involviment, l-MFSA tinsab f’pożizzjoni aħjar biex iżżomm l-irwol tagħha fil-ħolqien ta’ standards xierqa ta’ kompetenza u konformità fi ħdan is-settur tas-servizzi finanzjarji. Sabiex inkomplu nsaħħu s-sistema regolatorja u ta’ sorveljanza li diġà hija waħda soda, huwa importanti li nkomplu nħejju u nagħtu taħriġ tajjeb lill-impjegati, aktar milli nġiegħluhom jikkonformaw mal-istandards regolatorji applikabbli.
Illum il-ġurnata, ir-regolamentazzjonitas-servizzi finanzjarji ma tfissirx biss li tiġi żgurata konformità mill-kumpaniji liċenzjati. Dan huwa metodu reattiv. Metodu proattiv jeħtieġ l-involviment tar-regolatur tas-servizzi finanzjarji mal-edukaturi u dawk li jipprovdu taħriġ sabiex flimkien ifasslu strateġiji mmirati biex jinżammu livelli għoljin ta’ taħriġ għal impjegati prospettivi u programmi ta’ żvilupp professjonali kontinwu għal dawk li diġà jaħdmu f'dan is-settur.
Dawn l-istrateġiji għandhom ikunu mmirati lijiżguraw programmi ta' taħriġ relevanti għal impjegati prospettivi u titjib kontinwu tal-kapaċitajiet ta' dawk li diġà jaħdmu f'dan is-settur, sabiex b’hekk jiġi żgurat l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom. Dawn il-programmi ta’ taħriġ għandhom irawmu għarfien avvanzat dwar kwistjonijiet relatati mas-suq waqt li jispjegaw sew lill-parteċipanti l-ħsieb wara r-regolazzjoni tas-servizzi finanzjarji.
Aktar importanti minn hekk, dawn il-programmita’ taħriġ għandhom ikunu mezz biex irawmu etika ta’ xogħol li tagħmel ġieh lill-aspetti sensittivi tas-servizzi finanzjarji.
Huwa importanti wkoll li nidentifikawx’kapaċitajiet hemm nieqsa, waqt li nifformulaw pjanijiet ta' azzjoni relevanti, u li naħdmu sabiex nibqgħu għaddejjin bil-proċess li niffaċilitaw l-aċċess għal karrieri sodisfaċenti fi ħdan is-settur tas-servizzi finanzjarji.
Sinjuri, il-proġett pilota tal-job shadowingu l-pjan ta’ azzjoni relatat li qed jiġu mnedija huma żviluppi pożittivi. Għaldaqstant nixtieq inrodd ħajr lil dawk il-kumpaniji li qed jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-iskema pilota ta’ job shadowing kif ukoll lill-uffiċjali mill-Awtorità Maltija tas-Servizzi Finanzjarji u l-Guidance Unit involuti f’dan il-proġett. Grazzi.

DOI – 20.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow