Left arrow Go Back

IMFAKKAR IL-JUM MARITTIMU EWROPEW   L-Istudenti li ħerġin mill-Istitut Marittimu, tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) huma ta’ livell għoli u qed jinħatfu mill-ewwel minn kumpaniji merkantili Ewropej – Emanuele Grimaldi

PR0868
Date Icon 19/05/2009
Għada l-Erbgħa, 20 ta' Mejju, jiġi ċċelebratil-Jum Marittimu Ewropew fl-Unjoni Ewropea. Dan il-Jum kien stabbilit bħala waħda mill-azzjonijiet ewlenin tal-Politika Marittima Integrata, varata fl-2007 mill-Kummissjoni Ewropea, permezz tal-Kummissarju Ewropew responsabbli għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd,  Dr. Joe Borg. Għal din l-okkazjoni qed titlaqqa Konferenza f’Ruma u li fiha qed jipparteċipaw il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jose’ Manoel Barroso, kif ukoll il-Kummissarju  Joe Borg.
Dinil-Konferenza qed tiġi organizzata mill-Kummissjoni Ewropea, b'kooperazzjoni mal-gvern Taljan. Għaliha qed jattendu l-partijiet interessati, amministrazzjonijiet u persuni ohra interessati kif ukoll pajjiżi terzi fosthom mill-Mediterran.
Humaqed jiddiskutu l-isfidi globali li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa marittima fil-prezent. L-Ewropa għandha 40% tar-reġjuni marittimi tad-dinja, li jiġġeneraw kważi 40% tal-ekonomija tal-Unjoni Ewropea,  u jimpjegaw mal-ħames miljun persuna.
Fil-ftuħ ta’ din il-konferenza, li fiha saruinterventi minn diversi persuni distinti, tkellem il-President tal-Kummissjoni Ewropea Josè Manuel Barroso, li qal li l-Politika Marittima Integrata Ewropea tirrifletti viżjoni ta' kif għandhom jiġu indirizzati l-isfidi tal-prosperità marittima, tas-sostenibilità u tas-sigurtà u hija marbuta sew mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u biex tiġi rkuprata l-kompetittività tal-Ewropa.
Tkellem ukoll il-Kummissarju Ewropewgħall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd,  Joe Borg, li sostna li l-Politika Marittima Integrata tpoġġi lis-setturi marittimi u r-reġjuni kostali, tradizzjonalment fil-periferija, lejn iċ-ċentru ta' politika ġdida, dinamika u inklussiva għal aktar impjiegi u żvilupp sostenibbli.
Intervent ieħor sar mis-sur Emanuele Grimaldi lihuwa d-Direttur Maniġerjali tal-Grimaldi Group.  Il-Grimaldi Group, li twaqqaf fl-1945, huwa speċjalista ewlieni f'dak li fil-qasam tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar huwa magħruf bħala ‘roll on/roll off’.  Dan l-istess Group għandu waħda mill-akbar flotot tar-‘ro/ro’.
Fl-intervent tiegħu, Emanuele Grimaldi faħħaril-kwalità tajba tal-istudenti li ħerġin mill-Istitut Marittimu, tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) u qal li tant għandhom livell ogħli li qed jinħatfu mill-ewwel minn kumpaniji merkantili Ewropej.


DOI – 19.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow