Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

PR0862
Date Icon 18/05/2009
Tender għal Impjant Ġdidtal-Enerġija: intgħażlet l-orħos offerta u li għanda l-anqas impatt fuq it-tariffi. Muscat irid tariffi ogħla
Il-Ministerugħall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jirreferi għall-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar l-ilmenti t’offerent għall-impjant tal-enerġija li tilef il-kompetizzjoni pubblika bejn l-offerenti għal dan is-servizz.
Skont il-liġijiet Ewropej lijapplikaw f’Malta dwar ix-xiri pubbliku, jekk xi offerent ikollu suspett ta’ skorrettezza għandu d-dritt għall-appell. Il-Ministeru ma jistax ma jinnotax illi l-kumpanija Bateman – li tilfet it-tender – MHUX BISS MA APPELLATX id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kuntratti (mhux tal-Enemalta) iżda jidher li qabbdet lil Dott. Joseph Muscat bħala konsulent tagħha!  Ma nistgħux ma nistgħaġbux kif mingħajr biss ma ndenja ruħu jistaqsi għall-verżjoni tal-Enemalta u tal-Kumitat tal-Kuntratti, Joseph Muscat ta raġun lill-klienti tiegħu meta kien ikun ħafna aħjar li staqsa lill-klienti tiegħu għalfejn m’appellawx mid-deċiżjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
F’isimhom Joseph Muscatessenzjalment għamel ħames punti li dwarhom qed jilmentaw l-offerenti li tilfu l-kompetizzjoni.
1. ‘L-offerta tal-offerent lirebaħ il-kompetizzjoni kienet l-ogħla ... u l-offerta tagħhom kienet bejn €16 u €41 miljun orħos mill-offerti l-oħra’.

Din hi stqarrija fażulla għaxtinjora l-ispiża tal-maintenance tal-impjant li hi parti integrali mit-tender u li għaliha kellhom bilfors jittenderjaw. Fil-fatt id-differenza bejn iż-żewġ offerti hi ta’ madwar €3 miljun biss. Iżda meta l-Enemalta kellha tagħżel bejn spejjeż ma riditx tqis biss l-ispiża kapitali. Riedet tqis ukoll xi żjut iridu jintużaw fl-impjant biex jaħdem ... għax finalment dik l-ispiża tirrifletti ruħha fit-tariffi li jħallsu l-konsumaturi.
2. ‘L-offerta tal-offerent liqed jilmenta li tilef ma tiswa xejn lill-Enemalta jekk iridu jibdew jużaw il-gass’.
Dan hu minnu, imma li mhuxjingħad hu li l-gas oil jiswa ħafna aktar mill-fuel oil li jinħaraq illum, minkejja li l-fuel oil hu għal kollox konformi man-normi Ewropej u internazzjonali dwar l-emissjonijiet.  L-ironija hi li Joseph Muscat qed jiddefendi kumpanija li bis-sistema tagħha l-cost per unit fit-tariffa tkun ta’ €0.16823 waqt li bis-sistema magħżula mill-Enemalta tkun €0.12467. Dan ifisser li bl-offerta li ntagħżlet il-konsumaturi se jħallsu anqas tal-elettriku li meta jiġi ġġenerat xorta jkun konformi man-normi Ewropej u internazzjonali tal-emissjonijiet. Joseph Muscat minflok qed jitkellem f’isem min qed jagħmel offerta li mill-ewwel ġurnata tgħolli ħafna t-tariffi tal-elettriku.
3. ‘It-teknoloġijatal-offerent li rebaħ tħalli skart li jrid jiġi trattat’.
Dan hu minnu. Iżda xorta metajitqabblu l-ispejjeż tat-tindif u t-trattament tal-iskart (u dan ġie kkalkulat mill-Enemalta) b’konformità ma’ normi Ewropej u internazzjonali, l-ispejjeż tal-operat tal-impjant tal-offerent li rebaħ (€0.0932) huma bil-bosta orħos minn tal-offerent li qed jilmenta li tilef (€0.1407). Dan ukoll għax mat-trattament tal-iskart trid titqies l-istampa kollha tal-ispiża tal-operat (żjut, spejjeż ta’ maintenance, eċċ). Jiġifieri għal darb’oħra Joseph Muscat irid lill-konsumatur Malti jonfoq iżjed milli għandu bżonn jonfoq!
4. ‘M’hemmx spazjuf’Dellimara għall-impjant kif iddisinjah min rebaħ l-offerta’.

Dan assolutament m’hux minnu. L-ispazju ippjanat f’Dellimara meta nbniet il-power station l-ewwel darba biex ikun hemm ħsieb għal espansjoni fil-futur jesgħa bil-bosta l-impjant il-ġdid.

5. ‘Inbidlu r-Regolamenti f’nofs il-proċess tat-tender’.

Din hi irrilevenza totali. Fl-ewwel lok ir-rekwiżiti tat-tender spiċċaw kif bdew u ma nbidlu qatt u l-għażla saret biss u għal kollox fuq il-kriterji li kellhom l-offerenti kollha mill-ewwel ġurnata tal-proċess.

Intant, il-bidla għamlithal-MEPA (m’hux l-Enemalta) bl-Avviżi Legali 2 tal-2008. Dan ġara wara li l-Enemalta kien ilha mill-2005 tipprotesta mal-MEPA li d-Direttiva Ewropea nqalbet fil-Liġi Maltija b’mod żbaljat u kienet qed tiskludi l-investiment f’Malta fit-teknoloġija tad-diesel li tintuża kullimkien fil-bqija tal-Ewropa. Il-MEPA għamlet il-bidla wara li vverifikat mal-Kummissjoni Ewropea li l-liġi Maltija li kellna ma kinitx konformi mad-Direttiva. Kieku ma siritx din il-bidla Malta kienet tkun l-unika pajjiż fl-UE li ma jippermettix li jintużaw magni tad-diesel.
Biż-żejjed jingħad li propjubħalissa EdF fi Franza għadhom kemm ordnaw 49 diesel generator biex jitħaddmu f’Korsika waqt li f’Ċipru qed jiġu installati 6 impjanti oħra.
L-għażla ta’ min ifornilill-Enemalta bl-impjant tal-enerġija m’hix u ma kinitx għażla politika li jieħdu jew jidħlu fiha l-Ministri. L-għażla saret fuq l-opinjoni tal-inġiniera tal-Enemalta, verifikata għar-raġunijiet ta’ konformità ma’ liġijiet Ewropej u internazzjonali dwar l-emissjonijiet mill-esperti internazzjonali u indipendenti Lehmayer, u maqbula mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
M’hemmx dubju li ħadd minn dawnin-nies m’hu infallibbli u għalhekk jeżisti l-iskrutinju tal-appell li hu miftuħ għal kull min jidhirlu li sar xi ħaġa li ma kinitx f’postha.  Iżda l-klienti ta’ Joseph Muscat iddeċidew li ma jappellawx.
Fl-assenza totali t’appell,il-Gvern jippreferi joqgħod fuq l-opinjoni teknika li għandu milli joqgħod fuq l-opinjoni tal-klienti ta’ Joseph Muscat li għandhom interess dirett fil-kwistjoni. L-għażla tat-tender saret skont il-liġi u l-kriterji stabbiliti. L-offerta magħżula hi dik li tirrispetta l-kriterji kollha u hi l-anqas li tiswa flus għall-Enemalta.  Probabbli li kieku ntagħżlet l-offerta tal-klijenti ta’ Joseph Muscat, l-Enemalta kienet tiġi attakata li għażlet l-ogħla offerta u li se tgħolli t-tariffi tal-elettriku aktar milli suppost.
Hu tassew preokuppanti li JoeMuscat jidhirlu li l-għażla tal-Gvern m’għandhiex tkun ibbażata fuq proċessi tekniċi u finanzjarji stabbiliti fil-liġi iżda skond x’jidhirlu min ikun kellmu l-aħħar.

DOI - 18.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow