Left arrow Go Back

Jinsab fi stadju mgħaġġel il-proċess li se jwassal biex jibdew jitqassmu l-vouchers għal-bozoz energy saving b’xejn

PR0856
Date Icon 17/05/2009
Il-Ministrugħar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żar il-fabbrika De La Rue fejn bħalissa qed isiru t-tħejjijiet meħtieġa sabiex fil-ġimgħat li ġejjin jitqassmu fid-djar tal-familji Maltin u Għawdxin vouchers għal-bozoz energy saving b’xejn.
Din l-iskematal-Gvern se tkun qed toffri lill-familji mal-miljun bozza b’investiment ta’ €4 Miljun.
Il-voucherli kull familja se tirċievi se jintitolaha għall-ammont ta’ bozoz, maħdum skond id-daqs tal-istess familja.

Għaldaqstant:

·        familja li tikkonsisti minn persuna jew tnejn se tkun intitolata għal 5 bozoz energy saving,

·        familja ta’ bejn tlieta u erba’ persuni se tkun intitolata għal 8 bozoz,

·        filwaqt li familja ta’ ħames persuni jew aktar se tirċievi 10 bozoz.

DOI -  17.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow