Malta tieħu f’idejha l-Presidenza tal-Inizjattiva 5+5 fil-qasam tad-difiża
PR0855
17/05/2009
| Malta illum | ħadet f’idejha uffiċjalment il-Presidenza tal-Inizjattiva 5+5 fil-qasam tad-difiża. Il-Presidenza għaddiet lil Malta waqt laqgħa tal-Ministri tad-Difiża tal-pajjiżi membri fil-5+5 li saret fi Tripli. |
| Id-delegazzjoni | Maltija kienet immexxija mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Carm Mifsud Bonnici f’isem il-Prim Ministru li huwa responsabbli mid-Difiża. Id-delegazzjoni kienet tinkludi s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, Mario Debattista, kif ukoll id-Direttur għall-Affarijiet tad-Difiża fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Vanessa Frazier, fost oħrajn. |
| Fid-diskors | tiegħu matul il-laqgħa tal-lum, il-Ministru Mifsud Bonnici irringrazzja l-awtoritajiet Libjani għal mod kif mexxew il-Presidenza tagħhom tal-5+5 matul din l-aħħar sena, filwaqt li assigura li dawk preżenti li taħt il-Presidenza Maltija, l-inizjattiva se tkompli tibni fuq is-suċċess li diġa sar u li intlaħaq s’issa, u afferma l-impenn tal-partijiet kollha kkonċernati għal koperazzjoni. |
| L-Inizjattiva 5+5 | għall-koperazzjoni fil-qasam tad-difiża kienet stabbilita f’Diċembru tal-2004 f’Pariġi meta l-Ministri tad-Difiża tal-pajjiżi parteċipi f’din l-inizjattiva tal-5+5, li huma l-Alġerija, Franza, l-Italja, il-Libya, Malta, il-Mawritania, il-Marokk, il-Portugall, Spanja u t-Tunesija, iffirmaw Dikjarazzjoni li waqqfitha uffiċjalment. Din l-inizjattiva tipprovdi forum multi-laterali dwar materji ta’ difiża u sigurta’ għall-pajjiżi tal-Mediterran. Tinkoraġixxi djalogu u koperazzjoni bejn l-iStati Membri parteċipi, permezz ta’ pjan ta’ azzjoni annwali li jkun maqbul mill-Kumitat ta’ Treġġija u li jkun iffirmat mill-Ministri tad-Difiża fil-laqgħa annwali tagħhom. |
| Matul | il-Presidenza, l-Kumitat ta’ Treġija jkun immexxi minn rappreżentant tal-Ministeru tad-Difiża tal-pajjiż li jkollu f’idejh il-Presidenza. Dan l-irwol jinbidel bejn il-pajjiżi membri skond l-isem tal-pajjiż bl-Ingliż, f’ordni alfabetiku. Mil-lum, Malta se tkun qed tmexxi din il-Presidenza. Eventwalment il-Presidenza se tgħaddi f’idejn il-Mawritania. Matul din il-Presidenza, Malta se tippromwovi it-tiftix u s-salvataġġ magħruf aħjar bħala Search and Rescue. |
| Fost l-oqsma ta’ | koperazzjoni bejn il-pajjiżi membri, insibu is-sorvelljanza marittima bl-użu tal-Virtual Regional Maritime Traffic Centre (V-RMTC) li tistabilixxi linja komuni permezz tal-Internet li ttejjeb dak li huwa magħruf bħala Recognized Maritime Picture (RMP) fost il-pajjiżi membri tal-5+5, bl-għan li titjieb is-sigurta’ tat-traffiku marittimu fir-reġjun tal-Mediterran. |
| Materji oħra ta’ | koperazzjoni jinkludu il-kontribuzzjoni tal-Forzi Armati għall-protezzjoni ċivili waqt xi diżastri naturali gravi, is-sigurta’ fl-arja, kif ukoll it-taħriġ u l-edukazzjoni dwar materji tad-difiża. L-attivitajiet ivarjaw minn seminars fuq suġġetti partikolari għal eżerċizzji bis-sehem ta’ membri tal-qawwiet militari tal-pajjiżi parteċipanti. |
| Malta flimkien | mal-Italja torganizza ta’ kull sena l-eżerċizzju Canale. Barra dan uffiċċjali tal-FAM jipparteċipaw fl-attivitajiet permanenti tal-Kulleġġ tad-Difiża tal-5+5, fiċ-Ċentru Euro-Maghreb għal studji ta’ riċerka strateġika, kif ukoll fiċ-Ċentru ta’ Taħriġ dwar it-tindif tal-mini. |
DOI - 17.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984