Left arrow Go Back

INAWGURAZZJONI TA’ ĊENTRU TAL-ATTIVITAJIET – KUNSILL LOKALI GŻIRA

PR0850
Date Icon 16/05/2009
Is-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Dr Chris Said inawgura Ċentru ġdid tal-Kunsill Lokali Gżira biex jiġi użat għal numru ta’ attivitajiet mir-residenti tal-lokal. Dan iċ-Ċentru kien wieħed mill-inizjattivi tal-Kunsill sa mill-bidu ta’ din il-leġislatura jiġifieri, mill-2007.
Dr Said esprimas-sodisfazzjoni  tiegħu li dan iċ-Ċentru jorbot mal-għan tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali f’numru ta’ aspetti. Il-Kunsill ser joffri dan iċ-Ċentru għall-Għaqdiet tal-lokalita’ biex ikunu jistgħu jorganizzaw l-attivtajiet tagħhom, kif ukoll joffri l-opportunita’ li jiġu organizzati attivitajiet kemm ta’ natura kulturali kif ukoll, soċjali u edukattivi.
Il-programmtal-ewwel xahar ta’ attivitajiet jawgura tajjeb għal dan il-kunċett għax fih numru sabiħ t’attivitajiet organizzati minn diversi Għaqdiet u individwi għan-nies ta’ kull eta’. Dawn jinkludu wirjiet tal-arti, crafts club bla ħlas, lejliet letterarji, tagħlim ta’ numru ta’ lingwi, seminars u diskussjonijiet ta’ relevanza attwali, korsijiet ta’ arti marzjali u film forum. Dan iċ-Ċentru hu aċċessibbli għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u jista’ wkoll maż-żmien, iservi bħala bażi għal Child Care Centre jew inizjattivi simili biex tissaħħaħ il-preżenza tal-mara fis-soċjeta’. Dawn l-inizjattivi jorbtu mal-funzjoni ta’ Kunsill Lokali kif qegħdha tiġi kkonfermata fil-proċess ta’ tiġdid.
Is-SegretarjuParlamentari Said esprima wkoll l-apprezzament tieghu ghax-xogħol siewi fuq dan il-proġett, li żgur li ma setax iseħħ mingħajr ħidma minn numru kbir ta’ nies, u feraħ lis-Sindku, lill-kunsilliera u l-impjegati tal-Kunsill, u lill-ħaddiema kollha li ħadmu bis-sħiħ biex minn ħolma dan iċ-Ċentru issa ssarraf f’realta’.
Is-suċċess aħħarita’ dan il-proġett ser ikun bbażat fuq l-entużjażmu u dedikazzjoni ta’ dawn kollha biex iġibu dan iċ-Ċentru fil-qalba tal-Komunita’ tal-Gżira.
DOI -16.05.2009
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow