Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018
PR0838
15/05/2009
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina dal-għodu nidiet il-proċess li jrid iwassal għall-għażla biex xi belt jew reġjun f’Malta jew Għawdex tkun il-Kapitali Kulturali Ewropea fl-2018.
| Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura | hi inizjattiva li s-sena li ġejja tagħlaq 25 sena u hi waħda mill-iktar proġetti effettivi tal-Unjoni Ewropea. |
| Minn | mindu ttieħdet din l-inizjattiva, il-Kultura ngħatat prominenza fuq l-Aġenda Ewropea u beda jingħata għarfien għas-sehem tal-kultura f’kull qasam tas-soċjeta' inkluż il-lat ekonomiku, edukattiv, soċjali, kif ukoll dak relatat mas-saħħa tal-indivdwu u tas-soċjeta'. |
| Il-Ministru Cristina qalet li l-Unjoni Ewropea | temmen li l-individwu hu strumentali biex is-soċjetajiet ta’ madwarna jkunu jistgħu jiffaċċjaw id-diffikultajiet li jinqalgħu. L-esperjenza qed turi li l-kultura toffri kontribuzzjoni ewlenija għall-industriji kreattivi li jmexxu l-ekonomija u jiftħu iżjed bibien ta’ opportunitajiet għall-popli Ewropej. |
| Wieħed mill-iskopijiet ewlenin tal-proġett | tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura hu li jqarreb lin-nies lejn xulxin, kemm f’pajjiżhom stess kif ukoll fuq livell Ewropew. Fil-fatt l-Ewropa tisħaq li l-proġett magħżul irid jinkludi elementi soċjali li joħorġu l-identita’ nazzjonali u dik Ewropea. |
| Barra minn hekk, dan il-proġett li jinkludi sena | sħiħa ta’ attivitajiet u ta’ prominenza għall-pajjiż involut, irid ikollu l-parteċipazzjoni ta’ kulħadd. Barra l-gvern ċentrali, kunsilli lokali, il-Ministru Cristina ħeġġet lill-korpi kostitwiti, għaqdiet mhux governattivi, soċjeta’ ċivili u ċittadini individwali, biex jipparteċipaw f’din l-inizjattiva u jagħmluha tagħhom. Dan biex tinħoloq festa kulturali li tħalli l-frott tagħha mhux biss matul is-sena, fejn il-kapitali partikolari tkun magħżula, imma anke fis-snin ta’ wara. |
| Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura hi opportunita’ | biex l-ibliet jissebħu u jsiru iżjed attraenti. Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-kwalita' tal-ħajja titjieb, u l-ibliet ikomplu jgawdu l-vantaġġi li din is-sena ġġib magħha għal tul ta’ żmien. |
| Dik | il-belt li se jkollha l-aktar proġett sostenibbli u li jilħaq il-kriterji stabbiliti mill-Unjoni Ewropea se tingħata t-titlu li jwassalha biex fl-2018 tkun hi l-belt li tirrappreżenta lil pajjiżna b’dan l-unur prestiġġjuż. |
| Il-Ministru Cristina ħabbret it-twaqqif ta’ | Kumitat Inter Ministerjali li se jipprepara għal dan l-avveniment kbir. Il-Kumitat hu mmexxi mill-Perit David Felice u fih rappreżentanti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, li qed imexxi l-inizjattiva, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, mill-Ministeru tal-Finanzi, mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, is-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Pubbliku u l-Informazzjoni, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, u l-Ministeru għal Għawdex. |
| Hi | qalet li l-kumitat li nħatar biex jipprepara għal din l-inizjattiva jrid juri l-impenn tal-Gvern favur dan il-proġett tant importanti għas-soċjeta’ Maltija. Ir-rappreżentanti tal-ministeri differenti se jkunu qed jaħdmu flimkien biex jiggwidaw lill-ibliet u rħula interessati, biex jippreżentaw proġetti tal-ogħla livelli. Barra minn hekk il-komponenti f’dan il-kumitat se jaħdmu bla heda biex inġibu l-aħjar riżultati possibli, kif jixraq lill-pajjiżna. |
| Il-Perit David Felice spjega l-importanza ta’ | dan l-avveniment u l-effett pożittiv li dan għandu jħalli fuq pajjiżna. Hu semma l-każ ta’ Liverpool li kienet il-Kapitali Ewropea tal-Kultura s-sena li għaddiet u li tant gawdiet u għadha qed tgawdi u se tkompli tgawdi bis-saħħa ta’ dan l-avveniment. |
| Hu | qal li l-Kumitat immexxi minnu se jkun hemm biex jgħin lil dawk il-Kunsilli Lokali jew reġjuni, li jixtiequ jressqu l-proposti tagħhom, ikunu magħżula għal dan it-titlu. Hemm bżonn li l-proġetti jkunu ppjanati tajjeb, ikunu skond ir-regoli tal-Unjoni Ewropea għal din l-inizjattivi, jkunu ta’ livell għoli u mmirati lejn l-aktar firxa possibbli tal-popolazzjoni. |
| Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien | hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli u l-membri tal-Kumitat Inter Ministerjali. |
DOI - 15.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984