Left arrow Go Back

Aktar investiment u xogћol fil-farmaċewtika: €3 miljun investiment li se jfisser 30 impjieg sal-aћћar tas-sena

PR0828
Date Icon 14/05/2009
“Il-ftuћ ta’ fabbrika ġdida ul-ћolqien ta’ impjiegi ġodda hija dejjem aћbar pożittiva, iżda hija ta’ sinifikat partikolari meta dan iseћћ f’nofs kriżi ekonomika dinjija”.
Hekk sostna l-Ministrutal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech waqt diskors fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni ta’ Aurobindo Pharma, waћda mill-akbar manifatturi u esportaturi fil-qasam tal-farmaċewtika fl-Indja. Din investiet €3 miljun f’pajjiżna u sal-aћћar tas-sena se tkun qed tћaddem magћha 30 persuna.
Il-kumpanija gћandha erbatax-ilsit madwar id-dinja kollha u issa qed tinvesti, inizjalment €3 miljun f’pajjiżna gћall-faċilità farmaċewtika tal-gћola livell ta’ 1,500 metru kwadru li jinkludi laboratorju ta’ 300 metru kwadru konness mas-sede tal-kumpanija fl-Indja.
Wara li ntemmet l-ewwel fażital-faċilità, diġà hemm pjanijiet li l-operazzjoni f’Malta tkun imsaћћa b’attivitajiet oћra ta’ valur miżjud. Aktar minn hekk, numru ta’ prodotti ġeneriċi li tmexxi din il-kumpanija Aurobindo kienu identifikati b’mod li jkunu reġistrati u mmexxija f’pajjiżna.
Il-Ministru Fenech ta ћarsa lejnl-industrija tal-farmaċewtika f’Malta, u spjega li minkejja li hi waћda mill-aktar industriji riċenti f’pajjiżna llum kibret konsiderevolment u b’pass mgћaġġel tant li tћaddem mal-elf ruћ u ћabbar li meta wieћed jikkunsidra numru ta’ proġetti li qed jiġu diskussi fil-preżent, dan in-numru m’gћandux idum ma jlaћћaq l-1,500.
Malta diġà tilqa’ investimentf’dan is-settur minn Spanja, l-Iżvizzera, l-Italja, l-Irlanda u l-Iżlanda. Tonio Fenech qal li dan huwa grazzi gћal qafas legali u l-inċentivi li joffri pajjiżna u r-riżorsi umani eċċellenti tagћna, li qed jgћollu r-reputazzjoni ta’ Malta f’dan is-settur.
Il-Ministru Fenech qal li danis-settur wera ruћu reżiljenti fi żmien kriżi ekonomika u saћansitra hemm prospetti tajba li dan ikompli jikber fis-snin li ġejjin. Stћarriġ li kien sar fl-Istati Uniti sab li d-dinja mistennija tesperjenza żieda ta’ 400 miljun persuna ta’ età ‘l fuq minn 65 sena sal-2025 u dan se jfisser ћtieġa dejjem aktar ta’ prodotti farmaċewtiċi, iktar u iktar hekk kif l-industrija qed tiżviluppa numru akbar, u ta’ kwalità aћjar ta’ prodotti li jittrattaw mard assoċjat mal-età.

DOI – 14.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow