AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI ELEZZJONIJIET GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U GĦALL-KUNSILLI LOKALI
PR0825
14/05/2009
| Votazzjoni għal dawk li | ser ikunu msifrin f’jum l-elezzjoni |
| Il-Kummissjoni | Elettorali tavża lil dawk il-persuni li ser ikunu msiefra f’jum il-votazzjoni nhar is-Sibt, is-6 ta’ Ġunju, 2009, illi huma jkunu jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni bil-ġurament quddiem il-Kummissjonarji Elettorali sabiex ikunu jistgħu jivvotaw nhar is-Sibt, it-30 ta’ Mejju, 2009. |
| Din | id-dikjarazzjoni bil-ġurament għanda ssir fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, Valletta jew fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, Misraħ San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa, id-29 ta’ Mejju, 2009, skond il-ħinijiet murija hawn taħt: |
| mit-Tnejn sas-Sibt: | mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m. |
| nhar ta’ Ħadd: | mid-9.00 a.m. sas-2.00 p.m. |
| nhar il-Ġimgħa, id-29 ta’ | Mejju, 2009, l-aħħar jum: mit-8.00 a.m. sa nofsinhar. |
DOI - 14.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984