Investiment qawwi fl-agrikoltura Maltija b’għajnuna minn fondi Ewropej
PR0820
13/05/2009
| 6,000 bidwi u raħħal ser ikunu qed jibbenefikaw | minn Fondi Ewropej b’ko-finanzjament ta’ €12,152,000 bejn Mejju u Ġunju ta’ din is-sena. Dawn jinkludu pagamenti taħt l-iskema tal-pagament uniku għall-Art, Annimali, Kwota tal-Ħalib, għajnuna fuq Żoni Żvantaġġjati, miżuri agro-ambjentali u għajnuna fuq il-ħitan tas-sejjiegħ. |
| Il-Ministru għar-Riżorsi u | l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, żaru l-bdiewa fl-okkażjoni tal-ħames snin anniversarju tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. |
| Chris Said stqarr li l-investiment permezz ta’ | fondi Ewropej qed iwassal għal titjib fil-faċilitajiet u fl-operat tal-bdiewa u r-raħħala tagħna għal kwalità ta’ xogħol aħjar, u li għalhekk jissarraf fi prodotti aħjar fis-suq għall-familji Maltin. Dawn ic-ċifri jfissru investiment għal kwalità aħjar fl-impjieg tal-bdiewa u li minnu jigwadanja mhux biss is-settur agrikolu imma kulħadd. |
| Huwa stat ta’ fatt li l-Agrikoltura Maltija qatt | ma rat l-investiment li rat fl-aħħar snin. Dan l-investiment ġej minn fondi tal-Unjoni Ewropea, tal-Gvern Malti u tal-bdiewa u r-raħħala nfushom. Dan l-investiment qed iwassal għal titjib fil-faċilitajiet u fl-operat tal-bdiewa u r-raħħala tagħna. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal | mill-Pjan għall-Iżvilupp Rurali għas-snin 2004-2006 Malta kienet allokata madwar €33.6 miljun; filwaqt li għas-snin 2007–2013, il-Pjan għall-iżvilupp Rurali jinkludi pakkett finanzjarju ta’ madwar €100 miljun għas-Settur Agrikolu. Is-Segretarju Parlamentari faħħar l-inizjattiva tal-MEUSAC li bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali qegħdin jittellgħu numru ta’ seminars dwar il-miżuri ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Pjan għall-Iżvilupp Rurali. |
| Il-Ministru George Pullicino sostna li fid-dinja | moderna li qed ngħixu fiha kull sengħa jenħtiġilha li tibqa’ taġġorna ruħha sabiex tilħaq u tlaħħaq mat-talbiet u l-aspettativi tas-swieq, kemm lokali u kif ukoll dawk barranin. Kien għalhekk li l- Ministeru telaq b’kampanja edukattiva u nformattiva dwar il-prodotti friski lokali li r-raħħala u bdiewa tagħna jipproduċu. “Għandna nkunu kburin bil-prodott frisk Malti” sostna l-Ministru Pullicino filwaqt li sostna li meta l-konsumatur ikun qed jagħżel dak il-prodott li hu Naturalment Malti, mhux biss ikun qed igawdi minn prodott ta’ kwalita’ iżda wkoll ikun qiegħed isostni l-għajxien ta’ mijiet ta’ bdiewa u raħħala. |
| Il-Ministru Pullicino ħabbar ukoll li | fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qegħdin jitniedu 5 miżuri oħra f’dan il-programm għall-iżvilupp rurali li jinkludu: |
· miżura 124 Koperazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Prodotti, proċessi jew teknoloġiji ġodda,
· miżura 125 Żvilupp ta’ infrastruttura relatata ma’ l-Agrikoltura,
· miżura 132 Parteċipazzjoni fi skemi ta’ prodotti ta’ kwalita’,
· miżura 133 Promozzjoni u informazzjoni fuq skemi ta’ kwalita’ ; u
· miżura 142 Twaqqif ta’ Għaqdiet ta’ Produtturi.
Intant l-aġenzija tal-pagamenti tinsab għaddejja bi proċess sabiex għal matul is-sena li ġejja l-applikazzjonijiet għas-sussidju jibdew jintlaqgħu ukoll permezz ta’ sistema elettronika.
DOI – 13.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984