Jum ta’ attivitÀ sportiva għall-Anzjani
PR0819
13/05/2009
| “Qatt mhu tard biex | tibqa’ attiv”. Dan kien il-messaġġ prinċipali tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Mario Galea meta ndirizza numru kbir ta’ anzjani waqt attività sportiva fil-Kumpless Sportiv f’Kordin. |
| Hu qal li hekk kif | qed nassistu għal dik li tissejjaħ ir-raba’ età, l-età li fiha l-anzjan jibda jsir aktar dipendenti fuq ħaddieħor, huwa tajjeb li l-anzjan jibqa’ sa fejn hu possibbli attiv. Huwa mportanti li fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum jibqgħu jiġu organizzati attivitajiet li jinvolvu eżerċizzju fiżiku. |
| Din l-isports day | għall-anzjani ilha tiġi organizzata għal dawn l-aħħar erbatax-il sena. Illum ipparteċipaw ’il fuq minn mitejn anzjan u anzjana li jattendu fis-16-il Ċentru ta’ Matul il-Jum li għandna f’Malta. Il-parteċipanti kkompetew bejniethom fi spirtu ferrieħi. |
| Is-Segretarju | Parlamentari, flimkien mas-Sinjura Catherine Gonzi li attendiet għall-attività, iltaqgħu mal-anzjani u l-carers tagħhom, imma wkoll ma’ numru ta’ tfal minn skejjel differenti li marru fil-post biex jagħtu s-sapport lill-anzjani tar-raħal tagħhom. |
| DOI - | 13.05.2009 |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984