Left arrow Go Back

IL-KORDIN BUSINESS INCUBATION CENTRE (KBIC) PARTI MINN ĦIDMA IMPORTANTI FIL-ĦOLQIEN TAX-XOGĦOL

PR0809
Date Icon 11/05/2009
46 kumpanija gradwaw mill-Kordin BusinessIncubation Centre sa mit-twaqqif tiegħu f’Novembru 2001, filwaqt li bħalissa hemm 16-il kumpanija oħra joperaw minn dan iċ-Ċentru. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investment Tonio Fenech, waqt żjara madwar il-bini tal-KBIC bħala parti mill-attivitajiet tal-Ewwel Ġimgħa Ewropea tal-SMEs.
Tonio Fenech spjega l-proċess ta’ kif jaħdemil-KBIC u qal li ssir enfasi kbira fuq l-effiċjenza biex ikun iffaċilitat il-proċess ta’ ħolqien tax-xogħol. Fi ftit ġimgħat wara li tkun tressqet il-formola tal-applikazzoni, il-kumpanija l-ġdida tkun tista’ tibda l-operat tagħha minn dan iċ-ċentru. Fil-fażi tal-ewwel sitt xhur il-klijent ikun mitlub jressaq business plan u wara li jiġi approvat, il-Malta Enterprise tidħol fi ftehim ta’ 3 snin mal-kumpanija kkonċernata.
Il-Malta Enterprise tassisti lill-kumpanijil-ġodda permezz ta’ numru ta’ skemi marbuta ma’ konsulenza kummerċjali, aċċess għall-finanzjament, child care services, faċilitajiet infrastrutturali bħal tagħmir tal-uffiċċju, kmamar tal-konferenzi u laqgħat u faċilitajiet oħrajn.
Fost il-kumpaniji li ltaqa’ magħhomil-Ministru Fenech waqt iż-żjara tiegħu, kien hemm Automation Technoloġies Ltd, li bdiet topera fl-2006 u llum timpjiega 14-il persuna. Din tipprovdi numru ta’ prodotti għas-superyachts, fosthom sistemi ta’ arja kundizjonata, dawl, ventilazzjoni, sistemi ta’ kontroll tal-makni, sistemi tas-sigurtà u oħrajn.
Kumpanija oħra hija l-XL Marine StructuralLtd, li bdiet is-sena l-oħra u twaqqfet min-numru ta’ ex-ħaddiema tat-Tarzna li llum qed jispeċjalizzaw fuq id-disinn u l-fabbrikazzjoni ta’ strutturi (primarjament tal-azzar u l-aluminju) u tissupplixxi anke tarznari barranin.

DOI – 11.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow