L-ISPEAKER tal-Parlament LOUIS GALEA jipparteĊipa F’LAQGĦA F’ĊIPRU, TAL-KUMITAT TAN-NAZZJONIJIET UNITI DWAR IS-SEHEM TAL-PARLAMENTARI FAVUR IL-PAĊI FIL-LVANT NOFSANI
PR0803
11/05/2009
| L-Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Dr Louis | Galea, appella għal koordinament effettiv bejn assembleji inter-parlamentari internazzjonali u reġjonali fil-ħidma tagħhom favur il-paċi u s-sigurta’ fil-Lvant Nofsani. Louis Galea fisser li d-diplomazija parlamentari tista’ tagħti sehem kostruttiv fil-ħidma favur id-djalogu bejn il-Lhud u l-Palestinjani. Huwa ppropona l-ħolqien ta’ skema ta’ scholarships, skambji u riċerka – Middle East for Peace Programme – fejn żgħażagħ u artisti Lhud u Palestinjani jiġu mistiedna jattendu f’Universitajiet madwar id-dinja bl-iskop li jissaħħu l-ftehim u d-djalogu, inkluż dak inter-reliġjuż u kulturali. |
| Dawn | kienu fost is-suġġerimenti li għamel Louis Galea meta ndirizza l-konferenza internazzjonali msejħa mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet Inaljenabbli tal-Palestinjani. Il-konferenza saret f’Ċipru fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet, fuq is-suġġett “Azzjoni minn Parlamentari Ewropej u Għarab u mill-organizzazzjonijiet tagħhom favur il-paċi bejn il-Lhud u l-Palestinjani”. Louis Galea ġie mistieden jindirizza l-laqgħa flimkien mad-Deputat George Vella li huwa wkoll iċ-Chairman tal-Kumitat tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran dwar il-Lvant Nofsani. |
| L-iskop tal-konferenza kien li tenfasizza | s-sehem ta’ parlamenti nazzjonali u organizzazzjonijiet inter-parlamentari reġjonali u internazzjonali, fl-informazzjoni tal-opinjoni pubblika, tifsil ta’ politika u appoġġ għal-leġittimità internazzjonali favur soluzzjoni komprensiva, ġusta u dejjiema tal-kwestjoni bejn l-Israel u l-Palestina. |
| Is-Segretarju Ġenerali Ban Ki-moon fil-messaġġ | tiegħu qal li l-konferenza kienet qed tiltaqa’ fl-istess żmien li l-komunità internazzjonali qed tipprova tagħti nifs ġdid lil proċess politiku għall-paċi bejn l-Israel u l-Palestina. “Il-Kwartett għadu impenjat favur soluzzjoni ta’ zewġ Stati u jien nappoġġja bil-qawwa s-sehem tal-Kwartett. Jien infaħħar ukoll l-impenn dikjarat tal-President Obama li jrid isaħħaħ is-sħubija tal-Istati Uniti, il-partijiet involuti u l-isħab internazzjonali bl-iskop li tinkiseb il-paċi bejn l-Israel u l-Palestina u bejn l-Israel u l-pajjiżi Għarab,” qal Ban Ki-moon. Huwa fisser it-tħassib tiegħu għas-sitwazzjoni tal-popolazzjoni ċivili f’Gaza u nsista għal waqfien mill-ġlied miż-żewġ naħat. Huwa qal li l-inizjattiva Għarbija għall-Paċi, appoġġjata mill-Istati Membri tal-Lega Għarbija, tibqa’ indispensabbli bħala parti mill-proċess tal-paċi. |
| Fid-dokument finali tal-konferenza ġie | emfasizzat is-sehem kritiku tal-Unjoni Ewropea fl-aspetti diversi tal-proċess politiku bħala kompliment għall-għajnuna ekonomika sostanzjali li diġà qed tagħti. |
DOI – 11.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984