Riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Ġorġ
PR0798
09/05/2009
| Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret | dalgħodu fil-Każin Malti l-Belt Valletta, l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żvela l-proġett ta’ tisbiħ ta’ din il-Pjazza ewlenija fil-qalba tal-Belt Kapitali. |
| Kulħadd jaqbel li hija ħasra li din | il-pjazza prinċipali li tintuża għal funzjonijiet Nazzjonali spiċċat biex bdiet tintuża għall-parkeġġ. Għalhekk wara li l-ħamis li għaddha l-Awtorita’ Maltija għall-iżvillupp u l-ippjanar (MEPA) ħarġet il-permessi meħtieġa, wara l-Festa Nazzjonali tas-7 ta’ Ġunju se jingħata bidu għal dan il-proġett ta’ tisbiħ. Il-ħsieb ewlieni wara d-disinn ta’ din il-pjazza hu li din tingħata ħajja ġdida u terġa tingħata lill pubbliku bħala spazzju miftuħ. Attrazzjoni prinċipali se tkun il-funtana li tirrappreżenta l-funtana antika li kien hemm fl-istess pjazza. Din il-funtana kienet installata meta l-ilma kien imwassal għal-Belt għall-ewwel darba u kien il-punt fejn l-ilma mill-akwedott ta’ Wignacourt kien imwassal. |
| Dan il-proġett se jkun qed | jikkumplimenta l-proġetti kollha li dan il-Gvern qed jembarka fuqhom għal Belt Kapitali tagħna. Ix-xogħlijiet fuq din il-Pjazza huma ppjanati li jkunu lesti sa l-aħħar ta’ Novembru ta’ din is-sena. Dan il-proġett ta’ Pavimentar ta’ din il-pjazza se jsir fuq medda ta’ 4,000 m2 b’użu ta’ materjal naturali bħal ma huwa l-porfido u l-lava. Dan il-proġett huwa stmat li se jiġi jiswa ‘l fuq minn Miljun Ewro. |
| “Din il-pjazza fiċ-ċentru | tal-Belt hemm bżonn li tingħata l-ħajja u tintuża minn nies u mhux mill-karozzi” sostna l-Ministru Pullicino filwaqt li ħabbar ukoll li bħala parti minn dan il-proġett Triq it-Teatru ser tiġi wkoll pavimentata bil-lava kif kienet oriġinarjament fuq medda ta’ 1000m2. |
DOI - 09.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984