Left arrow Go Back

IKTAR DEVOLUZZJONIJIET GĦAT-TGAWDIJA TAL-KOMUNITA’

PR0795
Date Icon 08/05/2009
Is-Segretarju Parlamentari għall-ErarjiPubbliċi u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi, illum għadda b’devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali tar-Rabat (Malta), ġnien fil-qalba tal-lokalita’, biex jiġi amministrat u msebbaħ mill-istess Kunsill Lokali għall-ġid tar-residenti. B’din is-seba’ devoluzzjoni f’din il-legiżlatura, Ġnien Bir Iljun issa huwa responsabbilita’ tal-Kunsill Lokali, u għalhekk jiżdied mal-lista ta’ proprjeta’ li l-Gvern għadda ‘l Kunsilli Lokali fl-aħħar xhur, biex tiġi amministrata aħjar, u għall-bżonnijiet tal-komunita’.
Jason Azzopardi qal li dawn id-devoluzzjonijietjixhdu kemm il-Gvern jemmen fil-bżonn li jgħin Kunsilli Lokali fil-ħidma tagħhom, għall-ġid tar-residenti. Dan imur id f’id mar-riforma li ġiet pubblikata reċentement u li hija ntiża biex tpoġġi liċ-ċittadin fiċ-ċentru tal-ħidma ta’ kull Kunsill Lokali. Dr Azzopardi faħħar il-ħidma ta’ kull Kunsill Lokali illi jaħdem biex itejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tal-lokalita’ tiegħu, b’ideat innovattivi u ġodda.
Ġnien Bir Iljun ikopri 1,100 metri kwadri ta’art, u jservi ta’ pulmun fiċ-ċentru urban tal-lokalita’ tar-Rabat. Permezz ta’ din id-devoluzzjoni, id-Dipartiment tal-Artijiet ser ikun qed jgħin ‘l dan il-Kunsill Lokali b’mod konkret għax l-ammont tal-kirja li ser iżomm il-Gvern hija ferm imnaqqsa minn dik li tista’ tkun kirja kummerċjali.
Waqt l-istess attivita’, id-Dipartimenttal-Artijiet għadda wkoll proprjeta’ fiċ-ċentru ċiviku tal-lokal, lis-7th Rabat Girl Guides illi ser jiżviluppaw bħala uffiċċju u post fejn ilaqqgħu t-tfal. Dan il-grupp volontarju jiġbor fi ħdanu ‘l fuq minn mitt tifla fis-sezzjonijiet kollha, illi jitlaqqgħu regolarment ta’ kull ġimgħa. Il-ħidma ta’ dan il-grupp hija siewja ferm għax tfittex li l-membri żgħażagħ jiskopru u jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom. L-investiment fi gruppi bħal dawn huwa investiment konkret fis-soċjeta’ ta’ għada.

DOI – 08.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow