APPROVATI TNAQQIS FIT-TARIFFI TAL-ELETTRIKU MILL-AWTORITA’ TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | llum informa lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) li kien qed jaċċetta r-rakkomandazzjoni tagħhom tal-5 ta’ Mejju 2009 sabiex tkun approvata r-reviżorsijoni tat-tariffi tal-elettriku kif proposti mill-Enemalta. Il-Ministru aċċetta wkoll il-konklużjonijiet kollha li ġew ippreżentati lilu mill-MRA. |
| Tnaqqis fit-tariffi għar-residenzi | okkupati |
| It-tariffi, li se jidħlu fis-seħħ b’lura mill-1 | ta’ April 2009, ser ifissru roħs għall-konsumaturi kif ġej: |

It-tariffi ta’ hawn fuq japplikaw għal dawk ir-residenzi fejn hemm mill-anqas persuna waħda tgħix fihom. Bħala medja, kull residenza ta’ dan it-tip se tiffranka 22% mill-kont tat-tariffi.
Ma kien hemm l-ebda tibdil fit-tariffi għal dawk il-postijiet li huma vojta, ma jgħix ħadd fihom jew jiffurmaw parti minn komun. Din id-deciżjoni tikkontribwixxi lejn tnaqqis massimu fit-tariffi għad-djar okkupati.
Tnaqqis għan-negozji, fabbriki, kumpaniji u industriji
Ġew approvati wkoll rati ġodda għall-kontijiet mhux residenzjali li jinkludu negozji, kumpaniji, fabbriki u industriji. Għall-ewwel darba qed jiġu inklużi wkoll bħala mhux residenzjali postijiet bħal knejjes, djar għall-anzjani, djar għall-persuni b’diżabilita’ u skejjel li ma jagħmlux qligħ u għalhekk dawn qed igawdu minn tnaqqis fit-tariffi. Il-kontijiet mhux residenzjali li jlaħħqu aktar minn 40,000 se jiffrankaw bħala medja minn tnaqqis ta’ 25.6%.
It-tariffi l-ġodda huma bbażati fuq struttura ta’ rati li japplikaw l-istess għall-azjendi kollha.
Bands | Konsum | Rata Normali, mingħajr VAT Ottubru 2008 | Rati ġodda mingħajr VAT 1 ta’ April 2009 | Differenza |
Band 1 | 2,000 | 14c7 | 10c4 | -4c3/-29.3% |
Band 2 | 6,000 | 15c5 | 11c2 | -4c3/-27.7% |
Band 3 | 10,000 | 16c8 | 12c5 | -4c3/-25.6% |
Band 4 | 20,000 | 18c3 | 14c0 | -4c3/-23.5% |
Band 5 | 60,000 | 20c0 | 15c7 | -4c3/-21.5% |
Band 6 | 100,000 | 18c5 | 14c2 | -4c3/-23.2% |
Band 7 | 1,000,000 | 17c2 | 12c0 | -4c3/-25.0% |
Band 8 | 5,000,000 | 16c0 | 11c2 | -4c8/-30.0% |
Band 9 | > 5,000,000 | 13c4 | 8c6 | -4c8/-35.8% |
Rati ġodda għall-industriji kbar u lukandi
Ġie approvat tnaqqis ieħor għal dawk l-industriji kbar u l-lukandi li kienu diġa’ qed igawdu minn rati orħos minħabba l-capping:
Bands | Konsum | Rata Normali, mingħajr VAT Ottubru 2008 | Rati ġodda mingħajr VAT 1 ta’ April 2009 | Differenza |
Band 1 | 2,000 | 14c7 | 10c4 | -4c3/-29.3% |
Band 2 | 6,000 | 15c5 | 11c2 | -4c3/-27.7% |
Band 3 | 10,000 | 16c8 | 12c5 | -4c3/-25.6% |
Band 4 | 20,000 | 18c3 | 14c0 | -4c3/-23.5% |
Band 5 | 60,000 | 20c0 | 15c7 | -4c3/-21.5% |
Band 6 | 100,000 | 18c5 | 14c2 | -4c3/-23.2% |
Band 7 | 1,000,000 | 17c2 | 12c0 | -4c3/-25.0% |
Band 8 | 5,000,000 | 16c0 | 11c2 | -4c8/-30.0% |
Band 9 | > 5,000,000 | 13c4 | 8c6 | -4c8/-35.8% |
It-tnaqqis għal dawn is-setturi kien anqas minn setturi oħra għax diġa’ kienu jgawdu mit-tnaqqis tal-capping.
Impatt fuq il-hedging
| L-effett finanzjarju tal-hedging ma ġiex | inkorporat f’din ir-reviżjoni tat-tariffi. Ir-Regolatur jaċċetta din id-deċiżjoni għax hi ta’ benefiċċju għall-konsumatur. Madanakollu, il-policy tar-Regolatur hi li fil-futur il-hedging ikun aċċettat kemm-il darba dan ikun sar bi proċeduri stabbiliti li jiggarantixxu kompetenza, trasparenza u serjeta’ b’użu ta’ public market instruments. |
| Matul il-proċess ta’ evalwazzjoni rigoruża li | twettaq fil-ġimgħat li għaddew, l-MRA ingaġġat is-servizzi tad-ditta tal-awdituri Deloitte u tħejja rapport dettaljat li qed ikun ippubblikat ma’ din l-istqarrija bħala parti mir-rapport tal-MRA. |
| Fl-aħħarnett, il-Ministeru jfakkar li | l-Awtorita’ ser tkompli timmoniterja l-impatt tal-prezz taż-żejt u kundizzjonijet oħra u tirrakkomanda reviżjonijiet jekk ikun hemm bżonn. |
DOI – 06.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984