Left arrow Go Back

Wirja ta’ Buzzetti mill-Kollezzjoni Nazzjonali

PR0768
Date Icon 05/05/2009
Buzzetti ta’ pittura ta’ artisti rinomati u lijagħmlu parti mill-Kollezzjoni Nazzjonali, bħalissa jinstabu għall-wiri fil-Banca Giuratale fir-Rabat Għawdex.
Il-wirja, li qed tiġi organizzata mill-Kunsilltal-Kultura tal-Ministeru għal Għawdex flimkien ma’ Heritage Malta, ġiet inawgurata nhar l-1 ta’ Mejju u ser tibqa’ miftuħa sa’ l-24 ta’ Mejju.
Il-wirja tinkludi xogħlijiet tal-bottega ta’Mattia Preti, u ta’ artisti magħrufa bħal Alessio Erardi, Antoine Favray, Giuseppe Grech, Salvatore Busuttil, Francesco Grandi, Raffaele Caruana, Attilio Palombi, Giuseppe Cali’ u Anton Inglott.
Uħud mix-xogħlijiet qegħdin jiġu esibitigħall-ewwel darba. Il-wirja qed tittella’ f’Għawdex biex tikkonċidi ma’ l-attivitajiet ta’ Lejlet Lapsi – Notte Gozitana li ser isiru f’Għawdex fit-22,23 u 24 ta’ Mejju.
Il-wirja hija miftuħa kuljumbejn it-8.30am u l-4.30pm u s-Sibt u l-Ħadd mid-9.00am sa nofsinhar.
Għal din l-okkazjoni ġiestampat katalgu żgħir b’artiklu ta’ Sandro Debono Kuratur Anzjan fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti, u li jista’ jinkiseb mis-sala tal-wirja.

DOI – 05.05.09

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow