Imnedija l-Palio Della Carriera għall-ewwel darba fil-Ħamrun
PR0760
04/05/2009
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni Chris Said indirizza konferenza stampa fejn ġie mniedi l-Festival “Palio della Carriera” organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, mill-5 sat-12 ta’ Mejju, li jilħaq il-qofol tiegħu s-Sibt 9 ta’ Mejju permezz tat-tiġrijiet tradizzjonali taż-żwiemel bir-rikkieba lebsin kostumi tal-epoka. |
| Delegazzjoni ta’ 150 persuna minn Carpineto | Romano ser ikunu f’Malta biex jipparteċipaw fl-attivitajiet flimkien ma’għaqdiet oħra mill-Ħamrun, fi proġett ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea mill-Programm “Europe for Citizens”. Dan il-proġett qed igawdi wkoll mill-iskema ta’fondi għall-attivatijiet kulturali tal-Kunsilli Lokali li ħareġ is-Segretarjat Parlamentari. |
| Chris Said sostna li dan huwa wieħed mis-76 | ġemellaġġ li qed iħallu l-frott mill-ħidma tal-Kunsilli, u huwa eżempju ċar li l-ġemellaġġi bejn il-Kunsilli Lokali mhumiex mibnija bejn l-amministrazzjonijiet imma bejn il-kommunitajiet u għat-tgawdija tal-kommunità. Il-kollaborazzjoni bejn il-Ħamrun u Carpineto Romano infatti bdiet minn skambju li ħa fondi mill-Programm Youth for Action tal-Unjoni Ewropea. |
| Is-Segretarju Parlamentari stqarr li l-Kunsill | Lokali tal-Ħamrun hu wieħed mill-ewwel Kunsilli li qed igawdi mill-fond ta’ kofinanzjament li ġie mniedi biex jgħin finanzjarjament Kunsilli Lokali jipparteċipaw fi proġetti Ewropej. |
| L-irħula u l-ibliet Maltin qed jieħdu l-ħajja | grazzi għal dawn l-inizjattivi bi sħab ma’ lokalitajiet Ewropej oħra. F’dan il-każ, tradizzjoni Taljana qed tinġieb f’Malta għall-ewwel darba u titpoġġa f’kuntest Malti. L-attività hi attrazzjoni unika fil-gżejjer Maltin u ma tinvolvix biss lir-residenti Ħamruniżi imma miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ kulħadd. |
| Chris Said kompla jgħid li hu inkoraġġanti ferm | li ftehim ta’ koperazzjoni jmur lil ‘hinn mid-dokumenti ffirmati u jagħti opportunità lill-Maltin isiru konxji minn tradizzjonijiet f’pajjiżi oħra, f’dal-każ fl-Italja, pajjiż ġirien magħna imma li ħafna drabi m’aħniex midħla biżżejjed ta’ x’joffri. |
| Is-Segretarju Parlamentari sostna wkoll li dawn | l-attivitajiet huma importanti wkoll mil-lat tat-turiżmu u li fl-aħħar xahrejn aktar minn 500 persuna minn madwar l-Ewropa ġew esposti għal pajjiżna grazzi għal numru ta’ ġemellaġġi bejn lokalitajiet Maltin u dawk barranin. |
| Grazzi għal fondi Ewropej, Kunsilli Lokali qed | ikollhom l-opportunità jgawdu minn programmi biex jorganizzaw attivitajiet bi sħab ma’ Kunsilli Lokali f’pajjiżi oħra. B’dan il-mod titkattar il-kultura Ewropea u nkomplu nsaħħu l-kollaborazzjoni u l-ħbiberiji permezz ta’ attivitajiet kulturali, saħaq Chris Said. Hu tajjeb li nesploraw kulturi oħra b’dan il-mod u għalhekk l-attività qed tieħu xejra fuq livell Ewropew għax qed tmur lil hemm mill-konfini ta’ pajjiżna. |
| Id-dokument tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali li | ġie mniedi dan l-aħħar jagħmel referenza għall-importanza li l-Kunsilli Lokali jagħtu għall-avvenimenti kulturali u għalhek inizjattiva ta’ din ix-xorta tinkwadra perfettament fl-għanijiet tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali, stqarr Chris Said. |
DOI – 04.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984