Left arrow Go Back

86 SENSIELA TA’ PROGRAMMI JIBBENEFIKAW MILL-GĦAJNUNA TAL-GVERN

PR0756
Date Icon 04/05/2009
Sitta u tmenin sensiela ta’ programm li xxandrufuq TVM u Radju Malta bejn Ottubru 2007 u Settembru 2008 ibbenefikaw minn ftit aktar minn €1.1 miljun li l-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport jagħti biex ikunu jistgħu jsiru programmi ta’ xandir għas-servizz pubbliku. Dan joħroġ mir-rapport magħmul mid-ditta ta’ awdituri Ernst and Young u li għadu kif ġie ppreżentat lill-Gvern.
Ir-rapport ta’ Ernst and Young jiċċertifika lil-fondi mogħtija mill-Gvern, magħrufa bħala Kontribuzzjoni Programmi EPSO (Extended Public Service Obligation), intużaw b’dan il-mod.

Ġeneru ta’ programmkontribuzzjoni tal-Gvern

Progammi għat-tfal                                                   €298,634

Ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet uParlament               €166,088
Drama€141,143

Programmi kulturali, edukattiv u ta’

interssġenerali                                                        €320,615
Programmi dwar Għawdex u Maltin ta’barra               €62,287
Xandir ta’ ġrajjiet ta’ karattrunazzjonali                       €86,978
Xandirreliġjuż                                                           €89,593
Total€1,165,338
L-akbar ammont mar għall-programmi li xxandrufuq TVM. Din is-somma tlaħħaq għal ftit aktar minn miljun ewro.
Barra dawn is-sensiliet, il-PBS xandretprogrammi oħra li jitqiesu bħala programmi ta’ xandir ta’ servizz pubbliku, iżda li għalihom il-PBS ma kelliex bżonn titlob fondi tal-Gvern għall-programmi EPSO. Barra minn hekk il-PBS tkun użat fondi oħra, eżempju dħul mir-reklamar, biex ikunu jistgħu jsiru s-sensieliet ta’ programmi ta’ xandir ta’ servizz pubbliku.
Il-Ministeru jagħti kontribuzzjoni annwalilill-PBS biex tkun tista’ twettaq aħjar il-missjoni tagħha ta’ xandar pubbliku. Il-flus jintefqu fuq ġeneri ta’ programmi indikati fil-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir u skont direttivi li l-Ministeru jagħti lill-PBS kull sena.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura,Żgħażagħ u Sport jixtieq juri l-apprezzament tiegħu għall-Bord tad-Diretturi, il-Bord Editorjali, il-management u l-ħaddiema kollha tal-PBS għall-ħidma li jwettqu biex bir-riżorsi limitati li għandhom jirnexxielhom jagħtu servizz tajjeb lit-telespettaturi u semmiegħa Maltin.

 Lista tal-programmi li rċevew fondi mill-Kontribuzzjoni EPSO......pr0756

DOI - 04.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow