Left arrow Go Back

IFFIRMAR TA’ ĠEMELLAĠĠ BEJN IL-LOKALITÀ TAL-IMĠARR U MATHI, L-ITALJA

PR0755
Date Icon 04/05/2009

Is-Segreatarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, ippresieda f’serata mtella’ mill-Kunsill Lokali Mġarr, fejn ġie ffirmat ġemellaġġmal-Comune di Mathi mill-Provincja ta’ Turin fl-Italja.

Iż-żewġt irħula kkoperaw flimkien għall-ewweldarba permezz taż-żgħażagħ taż-żewġ lokalitajiet fi proġett tal-Unjoni Ewropea taħt il-Programm ta’ skambji ‘Youth in Action’ u minn hemmhekk kibret il-ħbiberija u l-koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat. Bis-saħħa tal-kuntatt li nbena bejn iż-żewġ komunitajiet, dan wassal ukoll sabiex kumpanija lokali mill-Imġarr, bdiet tesporta l-prodotti tagħha lejn il-provinċja ta’ Turin.
Chris Said stqarr li dawn il-fatti juru biċ-ċarli dan huwa ġemellaġġ bejn ir-residenti u mhux biss bejn l-amministrazzjoni tal-Kunsill Lokali.  Kompla jgħid li fl-aħħar snin twettqu numru ta’ ġemellaġġi bejn lokalitajiet f’Malta u Għawdex ma’ lokalitajiet barranin li permezz tagħhom qed jinfetħu l-bibien għal opportunitajiet ġodda bħall-kummerċ, bħalma hu l-każ ta’ prodott Malti mill-Imġarr li qed jinbiegħ f’supermarkets fil-provinċja ta’ Turin.  Hemm eżempji ċari wkoll ta’ skambji ta’ esperjenzi tat-tfal tal-iskejjel, żgħażagħ, anzjani u għaqdiet fil-qasam kulturali, inkluż il-baned.
Is-Segretarju Parlamentari għamel referenzagħall-Avviż Legali dwar il-Ġemellaġġi li ġie ppubblikat propju din il-ġimgħa biex jassigura li dawn il-ġemellaġġi jkunu ta’ benefiċċju għar-residenti ta’ kull lokalità.
Permezz tal-Att uffiċjali tal-ġemellaġġ bejnil-lokalitajiet ta’ Mathi u l-Imġarr, iż-żewġ Sindki qed jimpenjaw ruħhom sabiex flimkien ikattru ħbiberija sinċiera u rispett lejn iċ-ċittadini fil-komunitajiet rispettivi tagħhom; li jaqsmu u jiskambjaw bejniethom l-esperjenzi kulturali, edukattivi, xjentifiċi u ta’ riċerka; li jħeġġu liċ-ċittadini tagħhom jitħalltu flimkien bil-għan li dawn jifhmu l-użanzi u d-drawwiet differenti ta’ kif jgħixu u b’hekk jinkoraġġixxu u jsaħħu r-rispett, il-kultura, is-solidarjetà bejn iż-żewġ lokalitajiet kif ukoll ir-relazzjonijiet ta’ kummerċ; kif ukoll li għamlu dak kollu possibbli sabiex dawn l-għanijiet jitwettqu.

Is-Sindki tal-Imġarr u Mathi qed jieħdu wkoll impenn li jsaħħu l-ispirtu Ewropew fiż-żewġ komunitajiet, permezz ta’ inizjattivi li jissalvagwardjaw il-prinċipji u l-valuri fundamentali tal-Kostituzzjoni Ewropea.

DOI - 04.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow