STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
Enerġija Nadifa – b’reazzjoni għall-istqarrija mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġia
Għalkemm il-Gvern ma kellu ebda obbligu li jagħmel laqgħat ta’ konsultazzjoni, il-Gvern għażel li jagħti preżentazzjoni ma’ gruppi ta’ stakeholders. Dawn il-laqgħat ġa bdew u ser jitkomplew fil-ġranet li ġejjin, tant li dalgħodu stess, qabel ma ħarġet l-istqarrija tal-kunsill lokali ta’ Birżebbuġia il-Gvern ħareġ stediniet għal laqgħat oħrajn
Il-Gvern ifakkar li dawn il-laqgħat huma addizzjonali għall-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li ser ikun għaddej fil-ġimgħat u xhur li ġejjin wara li l-Gvern issottometta l-applikazzjonijiet tiegħu lill-MEPA.
Il-Gvern ifakkar ukoll li d-dokumenti dettaljati dwar kull waħda mill-proposti tpoġġew fis-sit www.windfarms.gov.mt immedjatament waqt il-konferenza stampa tal-bieraħ.
DOI - 29.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984