Left arrow Go Back

PUNTI MID-DISKORS TAL-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI DWAR L-IŻVILUPPI L-ĠODDA FIL-QASAM TAL-YACHT MARINAS – VALLETTA – 28 TA’ APRIL 2009

PR0715
Date Icon 28/04/2009

Industrija tal-Yachting:

Il-Viżjoni tal-Gvern biex sa l-2015 Malta tkun ċentru Marittimu b’servizzi t’eċċellenza.  

§      Il-viżjoni tal-Gvern għal Port il-Kbir, Marsamxett u l-iżvilupp ta’ Smartcity Malta.  

§      Il-privatizzazzjoni tal-Malta Shipyards biex tiżdied il-possibilta’ għas-settur tat-tiswijiet tal-yachts.  

§      Il-privatizzazzjoni ta’ Marinas imħaddma mill-MMA biex jassiguraw sostennibita’ u żvilupp tal-faċilitajiet.  

§      Barra li nagħtu konsiderazzjoni għall-iżvilupp ta’ dan is-settur naraw s-sostenibbilta’ ambjentali u li l-proġetti jsiru mill-aspett soċjo-ekonomiku.   

L-industrija tal-yachting kienet idenetifikata bħala qasam importanti fis-settur Marittimu ta’ pajjiżna u toffri potenzjal kbir biex jiżdied ix-xogħol u t-turiżmu f’pajjiżna. 

·       Din l-industrija għada pjuttost ġdida fl-Ewropa kollha u toffri opportunitjiet biex issaħħaħ lil Malta fis-settur Marittimu. Issa Malta mhux biss tibqa’ importanti minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħha iżda għax toffri faċilitaijet, u ħaddiema f’sengħa fl-industrija tal-yachting. 

·       Is-settur tas-Super Yachts diġa’ qed juri tkabbir sostanzjali fuq is-snin li għaddew u kontinwament jidħlu talbiet għall-irmiġġi biex jakkomodaw dawn it-tip ta’ yachts.  

·       Din it-tip ta’ infrastruttura hi sfida u qed tiġi indirizzata b’mod immedjat biex jintlaħaq l-għan tagħna.   

It-talba għall-aktar irmiġġi:

·       Grazzi għall-pożizzjoni strateġika Malta tipprovdi servizzi għal dgħajjes u vapuri ġejjin minn kull naħa tal-baħar Mediterran. Fil-fatt 85% tal-popolazzjoni tas-Superyachts jgħaddu mill-Mediterran.  

·       Fl-istess ħin qed tiżdied d-domanda għall-irmiġġi tad-dgħajjes fil-kategorija ta’ bejn l-20 u l-24 metru. Minħabba din it-talba Spanja u Franza qed iżidu marinas biex jaqdu l-ħtiġijiet ta’ dawn id-dgħajjes li qed ifittxu rmiġġ lejn n-nofsinhar tal-Ewropa.  

·       Il-valur miżjud li ġġib magħha l-industrija tal-yachting jikkontribwixxi ħafna għall-ekonomija Maltija. Ħadd m’għandu dubju dwar dan. Hu stmat li sid lokali ta’ yacht jonfoq medja ta’ € 15,000għal yacht ta’ 15m fis-sena; għal yacht ta’ bejn il-15 u l-20 metru jonfoq € 4000 u € 6000 f’ġimgħa filwaqt li sid ta’ super yacht fuq charter jonfoq madwar € 100,000 u dan barra tiswijiet neċessarji u transport fuq l-art.   

·     Il-Gvern għandu f’moħħu wkoll li jwaqqaf park marittimu fil-Port il-Kbir li jipprovdi servizz ta’ tiswijiet fl-industrija tal-yachting. Malta diġa’ għandha reputazzjoni tajba f’dan ir-rigward u b’faċilitajiet moderni u oħrajn diġa’ preżenti fit-tarzna Malta tista’ tkun reklamata bħala one-stop shop għal dan is-settur.   Dan biex ma nsemmux s-sengħa li biha jaħdem il-ħaddiem Malti, sengħa li tagħmlu kompetittiv.  

Il-konsultazzjoni għal dawk kollha interessati tagħlaq fid-29 ta’ Mejju li ġej biex imbagħad l-Awtorita’ Marittima Maltija tħabbar il-konklużjonijiet f’Ġunju u f’Ottubru jibdew joħorġu l-RFPs. 

Id-dokument għall-konsultazzjoni jista’ jitniżżel mill-website tal-MMA www.mma.gov.mt jew mill-website tal-Ministeru www.mitc.gov.mt.

…/Preżentazzjoni: pr0715.pdf

DOI – 28.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow