Left arrow Go Back

AVVIŻ  MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI: ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI - 6 TA’ GUNJU 2009

PR0713
Date Icon 28/04/2009

Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali;  Persuni sabiex jgħoddu;  jissorveljaw; Agenti ta’ Partit;   ta’ l-Għadd,  tat-Trasport  u  Konsenjatarji  mill-partiti politiċi

Il-Kummissjoni Elettorali  tavża  lill-partiti  politiċi  li  ser  jikkontestaw  l-elezzjonijiet  għall-Membri Parlamentari Ewropej u għall-Kunsilli Lokali  ta’    Mdina,  Bormla,  Żabbar,  Rabat (Għ), Birkirkara, Fgura, Gudja, Għarb, Għaxaq, Kalkara, Lija, Marsaskala, Mġarr,  Msida, Naxxar, Pieta’, Rabat (M), San Ġwann,  Sannat,  Sliema,  Tarxien,  Xgħajra  u  Mtarfa u  kull  persuna  jew  kull  għadd ta’ persuni  li  jikkontestaw  l-elezzjonijiet għall-Membri Parlamentari Ewropej u  ta’  Kunsill Lokali  bħala grupp  wieħed  taħt  l-istess  isem  li,  skont  l-artikolu 21(1) tal-Att XVI tal-2003 dwar iż-żamma ta’ Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u skont   ir-regolamenti  27(1),  55(3)  u  30(3)  tat-Tielet Skeda  tal-Att  tal-1993  dwar  Kunsilli Lokali,   huma jistgħu  jissottomettu  lill-Kummissjoni Elettorali  listi  li  fihom  jinnominaw  persuni  biex  iservu  bħala  Assistenti Kummissjonarji,   persuni  li  jgħoddu,   lijissorveljawu   Agenti  ta’  Partit.   Dawn il-listi għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni Elettorali sas-7 ta’ Mejju, 2009.

Il-partiti politiċi  jistgħu,   sas-16 ta’ Mejju, 2009,    jissottomettu  lill-Kummissjoni  Elettorali  lista  bl-ismijiet  ta’  persuni  biex  iservu  bħala   Aġenti  tal-Għadd.     In-numru  ta’  aġenti  tal-għadd  għandu  jkun  daqs  in-numru  ta’  kandidati  li  ser  jikkontestaw multiplikat bin-numri ta’ postazzjonijiet tal-għadd kif stabbilit mill-Kummissjoni Elettorali għall-elezzjoni ta’ Membri Parlamentari Ewropej u  daqs in-numru ta’ kandidati li ser jikkontestaw l-elezzjoni mal-partit fil-lokalita’ rispettiva għall-elezzjonijiet ta’ Kunsilli Lokali. 

Il-partiti  politiċi   huma  mfakkra  ukoll  illi  skont l-artikolu 21(1) tal-Att XVI tal-2003 dwar iz-żamma tal-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u skont  ir-regolamenti 54(1) u 46(6E) tat-Tielet Skeda tal-Att tal-1993 dwar  Kunsilli Lokali huma jistgħu sas-Sibt 16 ta’ Mejju, 2009,  jinnominaw persuni  biex iservu bħala Aġenti Konsenjatarji u  Aġenti għat-Transport.     In-numru  tal-Aġenti Konsenjatarji  għandu  jkun  mhux  aktar  minn  tnejn għal kull postazzjoni tal-għadd kif stabbilit mill-Kummissjoni Elettorali għall-elezzjoni ta’ Membri Parlamentari Ewropej u mhux aktar minn tnejn  għal kull  lokalita’  li  tkun  qegħda  tiġi  kkontestata għall-elezzjonijiet ta’ Kunsilli Lokali, kif stabbilit mill-Kummissjoni Elettorali.   In-numru ta’ Aġenti għat-Trasport ikun daqs in-numru ta’ vetturi  li  jintuzaw  fil-ġarr tal-Assistenti Kummissjonarji  u  l-kaxex  tal-voti. 

Il-formoli  tan-nominazzjonijiet  ta’  kandidati  prospettivi  jistgħu  jinkisbu  mill-Uffiċċju Elettorali,   Evans Building,   Misraħ  Sant’Jiermu,   l-Belt Valletta  u   l-Uffiċċju  tal-Karta  tal-Identita’,  28A,  Pjazza San Frangisk,   ir-Rabat,  Għawdex  sat-Tnejn 4 ta’ Mejju, 2009.  

In-nominazzjonijiet ta’ kandidati ser jiġu milqugħa mill-Kummissjoni Elettorali nhar is-Sibt 2,  il-Ħadd 3  u  t-Tnejn 4 ta’ Mejju, 2009,  mid-9.00 ta’ filgħodu sas-1.00 p.m. u mit-3.00 ta’ wara nofsinhar sas-7.00 ta’ filgħaxija.

DOI -  28.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow