Left arrow Go Back

AVVIŻ PRELIMINARI DWAR SEJĦIET GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)

PR0703
Date Icon 27/04/2009

B’total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ EUR 37 miljun

L-Awtorita’ ta’ Ġestjoni f’Malta għall-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tgħarraf li fil-gimgħat li ġejjin ser tniedi sejħa ġdida għall-proposti ta’ proġetti li ser ikunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013. 

Applikanti eleġibbli ser ikunu mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-proġetti li jaqaw taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 6 tal-Programm Operattiv I ‘Ninvestu fil-Kompetittivita’ għall-Kwalita’ ta’ Ħajja Aħjar’. 

Is-settur taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 6 miftuħ għal din is-sejħa huwa: 

§      Infrastruttura għall-Edukazzjoni, Soċjali u dik marbuta mas-Saħħa – sejħa ristretta għall-azzjonijiet fis-settur tas-saħħa (Total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja: EUR 37 miljun); 

Applikanti prospettivi għandhom jieħdu nota tat-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa. It-tnedija tas-sejħa nifisha kif ukoll dettalji dwar Sessjonijiet ta’ Informazzjoni relatati ser jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin fuq il-medja lokali u fuq il-paġna elettronika tal-PPCD www.ppcd.gov.mt/calls_all.  Il-Formoli tal-Applikazzjoni u d-dokumentazzjoni relatata mas-sejħiet ser ikunu aċċessibli fuq din l-istess paġna. 

Aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCD www.ppcd.gov.mt jew mis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt

Dan huwa avviż preliminari li qed isir sabiex jagħti żmien biżżejjed għat-tħejjija tal-proġetti.

DOI – 27.4.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow