Left arrow Go Back

Prodott tal-elettriku  irtirat mis-suq

PR0702
Date Icon 27/04/2009

L-Awtorita’ Maltija dwar l-Istandards  permezz ta’ l-Att dwar is-Sigurezza tal-Prodotti, Kap. 427 tal-liġijiet ta’ Malta, tavza illi l-prodott li jidher fir-ritratti meħmuza, huwa pprojbit minħabba li l-prodott instab li huwa ta’ periklu ghal min juzah. 

Il-prodott, Universal Travel Adaptor, qiegħed jiġi pprojbit minn fuq is-suq għaliex jipprezenta riskju ta’ xokk bl-elettriku lill-konsumaturi.  Il-prodott li huwa universal adaptor iservi biex tqabbad apparat elettriku li jkun two-pin jew three-pin, mal-mains tad-dawl.   

Il-prodott jipprezenta riskju lill-konsumaturi għaliex huwa possibbli li meta l-adaptor ikun mqabbad mal-mains supply, il-parti l-oħra tal-prodott issir live u tista’ tkun esposta.  Din tista’ tintmess u għalhekk hija riskju serju għal min ikun qed jużaha,  li jieħu xokk ta’ l-elettriku. 

L-Awtorita’ ordnat lill-importaturi u/jew lil ħwienet li għandhom dan il-prodott sabiex ineħħuh minn fuq is-suq b’effett immedjat u biex javzaw lill-konsumaturi li xtraw il-prodott sabiex jirritornawh.  L-Awtorita’ tirrakomanda ukoll lill-konsumaturi li għandhom dan il-prodott, biex ma juzawx dan il-prodott u/jew jirritornawh fil-ħanut minn fejn xtrawh.




.../pr0702a
.../pr0702b

DOI – 27.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow