TEŻORI TA’ GĦAWDEX MILL-BIBLJOTEKA NAZZJONALI TA’ MALTA GĦALL-WIRI F’GĦAWDEX
PR0689
24/04/2009
| Manuskritti, pjanti, kotba, | inċiżjonijiet u tpinġijiet dwar Għawdex konservati fil-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta bħalissa jinsabu għall-wiri fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex. |
| Il-wirja ġiet inawgurata | mill-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono flimkien mad-Direttur tal-Libreriji s-Sur Philip Borg fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb. |
| Din hija l-ewwel darba li | wirja ta’ din ix-xorta qed tittella’ barra mill-Bibljoteka Nazzjonali. |
| Il-wirja tinkludi firxa ta’ | dokumenti li jittrattaw dwar Għawdex li matul is-snin ġew akkwistati mill-Bibljoteka Nazzjonali u li jkopru perjodu ta’ żmien mis-seklu ħmistax sal-lum. Il-wirja hija mqassma f’seba’ taqsimiet li jinkludu: amministrazzjoni, dokumenti ekklesjastiċi, storja, arkeoloġija, fortifi-kazzjonijiet, letteratura u ħajja ta’ kuljum. Fost id-dokumenti għall-wiri hemm l-istorja manuskritta ta’ Għawdex miktuba mill-ewwel librar tal-Bibljoteka, il-Kanonku Ġian Piet Franġisk Agius de Soldanis, kif ukoll numru ta’ pjanti oriġinali ta’ fortizzi u fortifikazzjonijiet ta’ Għawdex. Kollezzjoni unika ta’ dsatax-il akwarella li juru t-Tempji tal-Ġgantija magħmula minn Charles de Brocktorff ukoll qegħdin jiġu esibiti lkoll flimkien għall-ewwel darba. |
| Numru ta’ dokumenti | jittrattaw dwar l-amministrazzjoni tal-gżira ta’ Għawdex u jinkludu dokumenti miktuba mill-Università qabel il-miġja tal-Kavallieri f’Malta kif ukoll dokumenti li jittrattaw l-imblokk tal-Franċiżi f’Għawdex. Żewġ kabrewijiet kbar li juru l-propjetà tal-Ordni kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex fihom akwarelli tar-Rabat ta’ Għawdex kif ukoll numru ta’ mtieħen tar-riħ mibnija fi żmien l-Ordni. Fost it-tlieta u sebgħin esibit oriġinali wieħed jista’ jara wkoll akwarelli u inċiżjonijiet ta’ veduti u persunaġġi Għawdxin. It-taqsima tal-letteratura hija rappreżentata mill-kitbiet oriġinali ta’ Anton Buttigieg, li kien President ta’ Malta, li kien twieled f’Għawdex. |
| Il-Ministru Debono qalet li | din il-wirja kienet possibbli minħabba l-koperazzjoni u fiduċja li teżisti bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta. Hija qalet li din il-wirja, li se ddum miftuħa sal-24 ta’ Mejju se tkun waħda mill-attrazzjonijiet ta’ Lejlet Lapsi – Notte Gozitana, li se tiġi organizzata bejn it-22 u l-24 ta’ Mejju. |
| Il-wirja hija miftuħa kuljum | mit-8.30am sal-4.30pm u nhar ta’ Sibt u Ħadd mid-9.00am sa nofsinhar. Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Mejju l-wirja tkun miftuħa wkoll mid-9.00am sa nofsinhar. |
| Għall-okkażjoni ġie | ppubblikat katalgu bl-esibiti kollha u b’artiklu ta’ Godwin Vella u ritratti ta’ Daniel Cilia. Il-katalgu jista’ jinkiseb mis-sala tal-wirja stess. |
DOI – 24.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984