Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

PR0687
Date Icon 24/04/2009
Miċħud mandatt’inibizzjoni kontra d-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti.
Dalgħodu l-Qorti t’Għawdexppreseduta mill-Maġistrat Paul Coppini, ċaħdet it-talba għal ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront tad-Direttur tas-Saħħa tal-Pjanti fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali.
Il-Ministeru filwaqt li jagħmelreferenza għad-deċiżjoni tal-lum jisħaq li l-uffiċjali fi ħdan l-istess Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti mexa korrettament fil-ħidma tiegħu u dan ġie kkonfermat mill-istess Qorti.
Nhar l-Erbgħa li għaddha waqt libdew jinqatgħu is-siġar taċ-Ċitru infettat nħareġ mandat ta’ inibizzjoni mill-Qorti ta’ Għawdex li waqqaf dan il-proċess. Is-smigħ dwar dan il-każ fil-Qorti seħħ dalgħodu fejn ġie kkonfermat li d-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti aġixxa skond il-liġi tal-Plant Quarantine Act .
Il-qtugħ ta’ dawn is-siġartaċ-ċitru infettati kien qed isir wara spezzjonijiet u testijiet neċessarji u regolari, skond normi u regoli tal-liġi hekk kif stipulati fil-Plant Quarantine Act.

DOI – 24.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow