DEVOLUZZJONI TA’ PROPJETÀ LILL-KUNSILLI LOKALI TAL-MUNXAR U L-GĦARB
PR0677
24/04/2009
| Permezz ta’ ftehim ta’ devoluzzjoni, | id-Dipartiment tal-Artijiet għadda art u proprjetà lil żewġ Kunsilli Lokali f’Għawdex biex jiġu żviluppati f’faċilitajiet għall-ġid tal-komunità. L-iffirmar tad-devoluzzjoni seħħ fuq inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet Jason Azzopardi, fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said. |
| Illum il-Kunsilli Lokali tal-Munxar u tal-Għarb | gawdew mill-politika ta’ devoluzzjoni li qed iħaddan il-Gvern u li fl-aħħar sena gawdew minnha għadd ta’ NGOs u entitajiet oħra li jagħmlu ġid fil-komunità. Fil-Munxar, medda art viċin il-pjazza prinċipali tar-raħal għaddiet għand il-kunsill biex tiġi mdawwra fi playing field, u żona ta’ rilassament għall-familja kollha. Fl-Għarb permezz ta’ devoluzzjoni, bini tal-Gvern ser ikun jista’ jiġi żviluppat f’Ċentru Ċiviku bil-faċilitajiet neċessarji għall-komunita’ flimkien ma’ uffiċċji amministrattivi għall-istess Kunsill. |
| Dr Azzopardi qal kif bejn iż-żewġ proprjetajiet, | illum il-Gvern għadda ’l fuq minn 1.8 kilometri kwadri ta’ art. Dan l-ammont ta’ art qed jiġi devolut lil dawn il-Kunsilli Lokali b’rati ta’ kera ferm imnaqqsa minn dawk kummerċjali, b’hekk tiġi mgħejjuna l-ħidma tas-soċjetà ċivili f’pajjiżna. Huwa qal illi s-sena l-oħra d-Dipartiment tal-Artijiet kien għen f’dan is-sens ’l-entitajiet li jagħmlu ġid fis-soċjetà b’iktar minn żewġ miljun ewro, u l-intenżjoni tal-Ġvern hija li dan jibqa’ jseħħ. |
| Dr Azzopardi semma wkoll kif mid-29 ta’ April | ta’ din is-sena, id-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern ser tibda tipproċessa applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-ALPS tal-2000 minn Għawdex, għall-kumdità tal-bdiewa Għawdxin. ALPS hija skema tal-Gvern li kellha suċċess qawwi u li permezz tagħha bdiewa jkunu jistgħu jingħataw bi qbiela art illi huma jaħdmu. S’issa hemm 3,000 applikazzjoni pendenti minn bdiewa Għawdxin. |
| Id-devoluzzjonijiet huma marbuta | mad-deċiżjonijiet tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali. L-għan prinċipali tat-tiġdid hu li l-Kunsilli Lokali joffru l-aqwa servizz fil-lokalità tagħħom. Iż-żewġ Kunsilli qed jaqdu dan id-dmir permezz tax-xogħol li qed iwettqu fuq il-faċilitajiet li qed jgħaddu għandhom, stqarr Chris Said. |
| Fil-każ tal-Munxar, il-Kunsill Lokali qed | jiggarantixxi kwalità ta’ ħajja aħjar għar-residenti tiegħu permezz ta’ proġett li hu l-ewwel tax-xorta tiegħu f’Għawdex. Dr Said sostna li l-Kunsilli Lokali qed jiġu mħeġġa biex jinkoraġġixxu aktar attività sportiva u l-faċilitajiet devoluti flimkien mal-apparat tal-outside gym se jgħinu biex jintlaħaq dan l-iskop. Waħda mill-miri tat-tiġdid hi l-importanza li l-Kunsilli Lokali jaħdmu mill-qrib mal-għaqdiet sportivi tal-lokal. |
| L-uffiċċju amministrattiv fl-Għarb jorbot ukoll | ma’ numru ta’ miżuri mħabbra fid-dokument tat-tiġdid, fosthom il-kunċett ta’ One Stop Shop u mal-estensjonijiet tal-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċju biex jinqeda kulħadd. Meta l-post jitlesta r-residenti jkunu jistgħu jinqdew mhux biss mis-servizzi relatati direttament mal-Kunsilli Lokali, iżda wkoll minn servizzi li huma kompetenza ta’ dipartimenti u entitajiet oħra u servizzi ġodda marbuta mal-IT. |
| Chris Said kompla jgħid li mill-1999 sa’ llum, | b’kollox hemm 94 proprjetà u faċilitajiet li ġew devoluti lill-Kunsilli Lokali. In-numru ta’ devoluzzjonijiet f’Għawdex jammonta għal 26, b’dawn iż-żewġ devoluzzjonijiet tal-Munxar u tal-Għarb. |
DOI – 24.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984