Imniedi l-Valletta Grand Prix Historic & Classic Car Event
PR0659
22/04/2009
| Is-Segretarju | Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli llum wara nofsinhar nedew il-Valletta Grand Prix Historic & Classic Car Event, li se jsir bejn il-Ħamis 14 u l-Ħadd 17 ta’ Mejju. Din l-attività qed issir mill-Fondazzjoni Valletta Grand Prix. |
| Is-Segretarju Parlamentari de | Marco qal li attivitajiet simili huma importanti għat-turiżmu tagħna u li l-istrateġija tal-Gvern hija li jkollna kalendarju ta’ attivitajiet dejjem għaddej, aġġornat u innovattiv. |
| “Dawn l-avvenimenti jvarjaw minn | dawk fuq skala nazzjonali bħal Isle of MTV li ħabbarna aktar kmieni din il-ġimgħa, għal dawk fuq skala lokali imma b’impatt nazzjonali u turistiku, bħalma kien il-Festival Medjevali fl-Imdina fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Dawn l-avvimenti huma importanti, mhux biss għalina l-Maltin, imma anke wkoll għat-turiżmu,” kompla Dr de Marco. Hu żied jgħid li dan qed iwassal ukoll sabiex it-tour operators ikunu aktar innovattivi fil-vjaġgi li jorganizzaw, sabiex jindirizzaw lil dan it-tip ta’ klijent. |
| Dwar it-turiżmu sportiv, Dr de | Marco qal li dan huwa segment importanti u li jattira madwar 80,000 turist, bl-iktar wieħed popolari jkun dak tal-iscuba diving. |
| Is-Segretarju Parlamentari, | Clyde Puli qal li l-Valletta Grand Prix se tkun attività li se tkun tista’ titgawda minn eluf ta’ entużjasti Maltin, fl-istess ħin titgawda minn turisti li jkunu fostna. Hu qal li attivitajiet sportivi bħal dawn mhux biss jipprovdu prodott turistiku aħjar, iżda fi żminijiet diffiċli fl-ekonomija globali, attivitajiet sportivi bħal Valletta Grand Prix, jistgħu jagħtu kontribut lill-ekonomija Maltija, b’mod partikolari bit-turiżmu sportiv. Hu semma kif fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jitħabbru aktar attivitajiet sportivi ta’ dan il-livell u skema mħejjija mill-Kunsill Malti għall-Isport u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex tinċetiva l-isport biex ikompli jattira dejjem aktar turisti lejn pajjiżna. |
| Iċ-Chairman | tal-Fondazzjoni, is-Sur Joe Zammit Tabona qal li l-Fondazzjoni twaqqfet dan l-aħħar bl-appoġġ tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, il-Kunsill Malti għall-Isport u l-Kunsill Lokali Valletta. Hu qal li għal din is-sena l-attività se tkun waħda b’vetturi ta’ sidien lokali, għalkemm huwa l-ħsieb li fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla jkun hemm ukoll parteċipanti barranin. Dan se jsir permezz ta’ attivitajiet u promozzjoni barra minn Malta għal dan l-avveniment li għandu l-potenzjal li jolqot in-numru kbir ta’ dilettanti f’dan il-qasam. |
| Is-Segretarju tal-Fondazzjoni, | is-Sur Charles Zahra ta d-dettalji ta’ din l-attività li se tkun tinkludi time race u esibizzjonijiet b’vetturi minn diversi epoki f’diversi inħawi tal-Belt Valletta. |
DOI – 22.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984