IT-TIELET EDIZZJONI TAL-FESTIVAL NAZZJONALI TAL-LOGĦOB TAN-NAR TAL-ART MEKKANIZZAT - FLORIANA, IS-SIBT 25 TA’APRIL 2009
PR0656
22/04/2009
| Nhar is-Sibt 25 ta’ | April se jiġi organizzat it-tielet festival nazzjonali tal-logħob tan-nar tal-art mekkanizzat fuq il-fosos tal-Floriana, li jibda fl-10.30pm. |
| Għal dan il-festival | se jkun hemm parteċipazzjoni rekord ta’ kmamar u għaqdiet tan-nar fejn tlettax-il kamra se jesebixxu l-aħjar żewġ biċċiet tagħhom biex b’kollox ikun hemm esebizzjoni ta’ 26 struttura tal-logħob tal-art mekkanizzat. Il-logħob tan-nar ser ikun akkumpanjat ukoll minn mużika adattata. Il-festival se jkun wieħed kompetittiv fejn ir-rebbieħ se jkun magħżul fuq l-aħjar merti f’erba’ kategoriji. |
| Waqt | it-tnedija ta’ dan il-festival, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said faħħar lill-Kunsill Lokali tal-Floriana, u lill-Kmamar u Għaqdiet tan-Nar li se jiipparteċipaw u qal li dawn mhux biss qed iżommu tradizzjoni importanti ħajja imma qed isaħħuha u jesponuha b’mod wiesgħa. |
| L-Onor. Chris Said | iddeskriva lid-dilettanti tal-logħob tan-nar bħala artisti u faħħar ix-xogħol sfieq u delikat tagħhom li jitgawda matul l-istaġun tal-festi madwar Malta u Għawdex. |
| Is-Segretarju | Parlamentari qal li l-Gvern jappoġġja bis-sħiħ inizjattivi bħal dawn għax jemmen li dawn isaħħu l-identità tagħna u l-identità tagħna hija l-għodda prinċipali biex inkomplu niżviluppaw il-lokalitajiet tagħna f’attrazzjoni. Dan għandu jkun dejjem f’ambitu ta’ sostenibilità. |
| Il-Festival | Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar Mekkanizzat huwa wieħed mill-attivitajiet li bbenefikaw mill-Iskema għal Attivitajiet Kulturali mnedija mis-Segretarjat għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni. B’kollox ibbenefikaw 14 –il Kunsill Lokali minn Malta u tnax minn Għawdex li flimkien qed itellgħu 28 attività kulturali. |
| Din l-iskema qed | tkun suċċess kbir u permezz tagħha qed tingħata spinta lill-kultura, l-istorja u t-tradizzjonijiet tal-lokalitajiet tagħna. |
| Chris Said qal ukoll | li r-riforma tal-Kunsilli Lokali se ssaħħaħ il-kunċett ta’ tisħiħ tal-identità billi, fost l-oħrajn, il-Kunsilli Lokali jingħataw ir-responsabilità li jħarsu t-tradizzjonijiet u l-folklor lokali, il-wirt storiku u kulturali u jagħtu spazju u għajnuna lill-artisti lokali. |
| Is-Sindku | tal-Floriana Nigel Holland qal li l-ġurija se tkun magħmula minn tliet pirotekniċi internazzjonali – wieħed mir-Renju Unit u tnejn mill-Italja, biċ-Chairman tagħha jkun is-Sur Michael Brockdorff, espert Malti fil-piroteknika. |
| Dak in-nhar | tal-Festival, jiġifieri nhar is-Sibt, ser ikun hemm koordinazzjoni bejn l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku u l-Awtorità Dwar it-Trasport Pubbliku biex jiġi estiż is-servizz tat-trasport pubbliku għar-rotot kollha ta’ Malta sa wara li jispiċċa l-Festival. B’hekk tkun qed tingħata l-opportunità lil dawk kollha li jixtiequ jibqgħu jgawdu l-logħob tan-nar filwaqt li jagħmlu użu minn dan is-servizz. |
DOI – 22.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984