STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Stqarrija Ministerjali mill-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi dwar immigranti li ġew mgħobbija mill-vapur M/V Pinar-E ‘il barra minn Lampedusa
Mr Speaker,
| Jidhirli illi għandi d-dmir li nirraporta lil | din il-Kamra l-iżviluppi li seħħew minn nhar il-Ħamis li għadda fejn 154 immigrant ġew mgħobbija mill-vapur MV PINAR E minn fuq żewg dgħajjes 41 mil nawtiku minn Lampedusa u 114-il mil nawtiku fil-Lbiċ ta’ Malta u dan biex nassigura lill-Kamra mhux biss li l-Gvern Malta ħa l-pożizzjoni korretta etikament, moralment u legalment, iżda biex nassigura lil Kamra wkoll illi dan l-inċident bl-ebda mod ma effettwa r-relazzjoni diplomatika bejn Malta u l-Italja li baqgħet waħda b’saħħitha kif dejjem kienet. |
| Ser nibda billi nispjega lill-Kamra l-fatti kif | żvolġew. |
| Nhar il-Ħamis, 16 ta’ April 2009, fil-5.10 ta’ | filgħodu ċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta (Rescue Co-ordination Centre) ġie infurmat mill-Maritime Rescue Coordination Centre ta’ Ruma li numru ta’ immigranti illegali kienu fuq dgħajsa żgħira mitluqa 45 mil nawtiku minn Lampedusa. Ir-Rescue Co-ordination Centre ta’ Malta aġixxiet immedjatament fuq din l-informazzjoni. Permezz tal-Vessel Traffic Management System identifikat il-vapur MV PINAR E bħala il-vapur li kien l-eqreb għal fejn kien rappurtat l-inċident u għalhekk idderiġietu sabiex jagħti l-għajnuna meħtieġa lil dan il-grupp. |
| Tajjeb għalhekk li nenfasizza li sa mill-bidu | nett Malta wettqet l-obbligu ewlieni tagħha skond il-liġi internazzjonali, jiġifieri l-obbligu li nikko-ordinaw l-operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ f’dak li teknikament hu magħruf bhala s-Search and Rescue Area li aħna responsabbli għalih. |
| Il-vapur MV PINAR E, li huwa rreġistrat | fil-Panama u huwa ta’ sidien Torok, kien fi triqtu lejn Sfax fit-Tuneżija. Mal-wasla tiegħu fuq il-post, il-vapur ikkonferma li kien hemm madwar 70 persuna abbord id-dagħjsa u li kienu jeħtieġu l-għajnuna. |
| Għal ħabta ta’ nofsinhar, l-MV PINAR E | irraporta li kien hemm dgħajsa oħra, b’madwar 80 immigrant fuqha, riesqa fid-direzzjoni tagħhom ukoll. Jirriżulta li ż-żewġ dgħajjes kienu qed isegwu lill-MV PINAR E. |
| Meta waħda minnhom waqfet, aktarx għax ma | kellhiex fuel, ir-Rescue Co-ordination Centre ta’ Malta intervjeniet u fakkret lill-kaptan tal-MV PINAR E li skond il-liġi internazzjonali, jekk l-immigranti kienu fil-periklu, il-vapur tal-merkanzija kellu l-obbligu li jagħti l-għajnuna meħtieġa u li jwassal il-persuni salvati fl-eqreb port. |
| Hu fatt li ma jistax | jiġi kontestat, illi l-eqreb port f’dan il-każ, kien dak ta’ Lampedusa. |
| Hu fatt ukoll illi r-rapporti f’xi media | internazzjonali fis-sens li l-vapur kien fl-ibħra territorjali ta’ Malta kienu għal kollox skorretti u għal kuntrarju s-salvataġġ sar kważi mija u erbatax-il mil nawtiku bogħod mill-gżejjer Maltin. |
| Fil-ħamsa neqsin żewġ minuti ta’ wara nofsinhar | (16.58 hours), il-vapur tal-merkanzija għabba l-immigranti taż-żewġ dgħajjes. Ittella’ wkoll kadavru li kien qrib waħda mid-dgħajjes tal-immigranti. |
| Skond il-kaptan tal-vapur kienu jammontaw għal | 154, fosthom mara tqila, 25 persuna korruti (li minnhom 7 kienu jeħtieġu kura medika urġenti) u kien hemm xi ksur. Kollha kellhom bżonn ilma u ikel. |
| L-awtoritajiet Taljani informaw lir-Rescue | Co-ordination Centre ta’ Malta li ma kellhomx assi disponibbli biex jaslu fl-akkwati ħalli jagħtu l-għajnuna meħtieġa, u għalhekk il-Maritime Rescue Coordination Centre ta’ Ruma informat lir-Rescue Co-ordination Centre ta’ Malta li l-immigranti salvati kellhom jiġu meħuda lejn Malta, peress li "this event is developing in your SRR, and Lampedusa isn't a safety place, the MV PINAR E must head to Malta where the migrants will be recovered".( “din is-sitwazzjoni qed tiżviluppa fil-SRR (Search and Rescue Region) tagħkom u Lampedusa mhix post sigur, għaldaqstant l-MV PINAR E għandu jmur lejn Malta fejn l-immigranti jiġu rkuprati.”) |
| Ftit wara, l-awtoritajiet Taljani taw | struzzjonijiet lill-MV PINAR E biex ma jidħolx fl-ibħra territorjali tagħhom, jigifieri 12-il mil nawtiku minn Lampedusa. Il-kaptan tal-vapur tal-merkanzija insista li kellhom immigranti midruba f’qagħda ħażina u talbu lill-awtoritajiet Taljani għall-provisti mediċi. F’mument minnhom, l-awtoritajiet Taljani idderiġew lill-vapur sabiex imur għal port li kien programmat biex imur, jigifieri Sfax fit-Tuneżija. Eventwalment il-Maritime Rescue Coordination Centre Taljana ddereġiet lill-vapur tal-merkanzija sabiex imur lejn Malta. |
| Sadanittant, vapur navali Taljan ġie mibgħut | sabiex jiġi żgurat li dan ma jidholx fl-ibħra territorjali Taljani. |
| Sabiex iżomm ma’ l-obbligi tiegħu skond il-liġi | internazzjonali, il-kaptan tal-MV PINAR E informa lill-awtoritajiet Taljani li xorta se jkompli fi triqtu lejn Lampedusa b’insistenza li kien hemm nies salvati abbord li kienu jeħtieġu l-għajnuna. L-awtoritajiet Taljani saħqu li l-MV PINAR E ma kienx awtorizzat li jidħol fl-ibħra Taljani u dderiġew lill-vapur tal-merkanzija għal pożizzjoni ta 24 mil nawtiku fil-lbiċ ta’ Lampedusa. |
| Il-Ġimgħa, 17 ta’ April 2009, helikopter Taljan | niżżel tabib Taljan fuq il-vapur biex jevalwa s-sitwazzjoni. Bejn il-Ġimgħa 17 u l-Ħadd 19 ta’ April staff mediku Taljan żar il-vapur biex jagħti t-trattament meħtieġ. Tfajla ta’ 15-il sena u żewġ persuni oħra kienu evakwati lejn ċentru mediku f’Lampedusa. Il-bastimenti Taljani fornew il-vapur b’ikel u ilma għall-ekwipaġġ u għall-immigranti. Sadanittant l-MV PINAR E ankra 17-il mil fin-nofsinhar ta’ Lampedusa. |
| Ir-Rescue Co-ordination Centre ta’ Malta | kompla jagħmel pressjoni fuq il-Maritime Rescue Coordination Centre Taljana f’Ruma biex il-persuni salvati jitħallew jiżbarkaw f’Lampedusa; madankollu l-ebda awtorizzazzjoni ma ngħatat lill-vapur biex jidħol fl-ibħra territorjali Taljana. |
| Din is-sitwazzjoni baqgħet tiżviluppa b’dan | il-mod sakemm il-bieraħ wara nofsinhar kellimt bit-telefon lil-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi. |
| Fit-telefonata li kellna jiena ċċarajt il-fatti | kif kienu jirriżultaw lili u spjegajt kif il-Gvern Malti kien miexi skond l-obbligi internazzjonali li għandu u skond kif ilu jsir għal dawn l-aħħar għexieren ta’ snin. Nixtieq nirrimarka li l-Prim Ministru Berlusconi sema’ b’attenzjoni dak li kont qed ngħidlu. It-tnejn li aħna qbilna fl-impenn tagħna li nkomplu nżommu r-relazzjonijiet eċċelenti bejn Malta u l-Italja u li nkomplu ntejbuhom. |
| Aktar tard filgħaxija, fil-11.00 pm, il-Maritime | Rescue Coordination Centre Taljana ta’ Ruma infurmat lir-Rescue Co-ordination Centre ta’ Malta li l-persuni salvati kienu ser jiġu trasferiti abbord patrol boats Taljani u żbarkati f’portijiet Taljani. |
| Inżid ngħid li llum wara nofsinhar jiena | tkellimt ukoll mal President tal-Kummissjoni Jose Manuel Barroso u spjegajtlu fil-qosor dawn il-fatti li għadni kemm spjegajt lill- Kamra. |
Mr Speaker,
| Kif għidt diġa’ f’dan il-każ, pajjiżna wettaq | l-obbligi tiegħu skond il-liġi internazzjonali. Jidhirli li jkun xieraq li nagħti spjegazzjoni qasira dwar dawn l-obbligi sabiex din l-ispjegazzjoni tiġi reġistrata f’din il-Kamra b’mod uffiċjali. |
| L-obbligu tagħna huwa li nikko-ordinaw | l-attivitajiet ta’ salvataġġ fir-Reġjun ta’ Tfittxija u Salvataġġ (Search and Rescue Area) li aħna responsabbli għalih. Dan kollu joħroġ minn dawn l-istrumenti internazzjonali: |
a. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. Artiklu 98 jaqra
Duty to render assistance
| 1. Every State shall | require the master of a ship flying its flag, in so far as he can do so without serious danger to the ship, the crew or the passengers: |
| (a) to render assistance | to any person found at sea in danger of being lost; |
| (b) to proceed with all | possible speed to the rescue of persons in distress, if informed of their need of assistance, in so far as such action may reasonably be expected of him; |
| (c) after a collision, to | render assistance to the other ship, its crew and its passengers and, where possible, to inform the other ship of the name of his own ship, its port of registry and the nearest port at which it will call. |
| 2. Every coastal State | shall promote the establishment, operation and maintenance of an adequate and effective search and rescue service regarding safety on and over the sea and, where circumstances so require, by way of mutual regional arrangements cooperate with neighbouring States for this purpose. |
b. Il-Hamburg Search and Rescue Convention (1979) li hija l-konvenzjoni internazzjonali li tirregola l-attivitajiet ta’ salvataġġ. Fil-fatt l-imsieħba f’din il-konvenzjoni huma marbuta li jippruvaw jilħqu ftehim dwar il-ko-ordinazzjoni tas-salvataġġ.
c. Il-provvedimenti tal-Hamburg Convention huma riflessi fl-International Aeronautical and Maritime Search and Rescue (IAMSAR) Manual tal-International Maritime Organisation u tal-International Civil Aviation Organisation. Hawn jingħad ċar li “l-għan ta’ Reġjun ta’ Tfittxija u Salvataġġ huwa li jkun definit b’mod ċar min għandu r-responsabbilta` ewlenija li jikko-ordina hidma f’sitwazzjonijiet ta’ periklu f’kull post tad-dinja” (“the purpose of having an SRR is to clearly define who has primary responsibility for coordinating responses to distress situations in every area of the world”).
d. Malta hija wkoll imsieħba fis-Safety of Life at Sea Convention. Hawnhekk ukoll aħna obbligati li nagħmlu arranġamenti ta’ salvataġġ fir-reġjun tagħna.
Dan kollu juri biċ-ċar li l-obbligu tagħna huwa li nikko-ordinaw il-ħidma ta’ salvataġġ fir- Reġjun ta’ Tfittxija u li aħna responsabbli għalih.
Mr Speaker,
| Nixtieq nagħlaq din l-istqarrija b’dawn iż-żewġ | punti: |
| L-ewwelnett, il-Gvern dejjem osserva u ser | jibqa’ josserva l-obbligi internazzjonali tiegħu. Aħna dejjem żammejna din il-pożizzjoni u meta ġejna ffaċċjati b’din is-sitwazzjoni, erfajna r-responsabbilta’ tagħna kif kellna d-dover li nagħmlu. Tajjeb li nfakkar li numru ta’ immigranti illegali li ġew f’pajjiżna spiċċaw f’pajjiżna għax il-Forzi Armati tagħna ġabuhom lejn pajjiżna għax hekk kienu jiddettaw l-obbligi internazzjonali tagħna. Huwa proprju għalhekk li jiena, f’isem pajjiżi, b’wiċċi minn quddiem nistenna li pajjiżi oħra jonoraw ukoll l-obbligi internazzjonali kif dejjem għamilna aħna. |
| Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Forzi Armati | u l-forzi l-oħra tal-ordni tagħna għal ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom. |
| It-tieni. Ma rridu ninsew qatt li hawnhekk qed | nitkellem fuq traġedja umana. Fin-nofs hemm id-dinjita` umana u l-ħajja ta’ persuni, ħajja li aħna kburin li niddefendu f’kull mument tagħha. |
| Huwa dan it-twemmin li għandu jiggwidana f’kull | pass u deċiżjoni li nieħdu. Huma dawn il-valuri li jwassluna biex inkomplu naħdmu fil-fora internazzjonali kollha għall-appoġġ akbar fl-isfida li pajjiżna qed jaffaċċja bl-immigrazzjoni illegali. |
| Ir-realta` hija li pajjiżna waħdu ma jistax | jiżgura dan kollu. Fil-waqt li rridu nagħmlu l-parti tagħna, aħna nistennew ukoll l-appoġġ u l-għajnuna mingħand minn jiflaħ jagħti iżjed minna. |
Hekk għamilna u hekk ser inkomplu nagħmlu.
DOI – 20.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984