Left arrow Go Back

REĠISTRU ELETTORALI PPUBBLIKAT FIL-GAZZETTA TAL-GVERN

PR0635
Date Icon 20/04/2009
Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lil kulħaddli għadu kemm ġie ppublikat ir-Reġistru Elettorali rivedut għall-Elezzjoni Ġenerali u għall-Kunsilli Lokali kif ukoll ir-Reġistru Elettorali tal-Unjoni Ewropea fil-Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta’ April, 2009.  Kull min kellu l-kwalifiki meħtieġa biex ikun reġistrat bħala votant skont id-dispożizzjonijiet tal-Att XXI tal-1991, dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, u/jew skont l-Att XV ta’ 1993 dwar Kunsilli Lokali u/jew skond l-Att XVI tal-2003 dwar l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew, sad-data tal-għeluq, il-31 ta’ Marzu, 2009 u ismu ma ġiex inkluż fir-Reġistru rispettiv u kull votant li ismu, l-indirizz jew xi partikolaritajiet tiegħu m’humiex murija b’mod korrett, għandu, skont l-artikolu  39 tal-Att XXI ta’ l-1991, sa nhar il-Ġimgħa t-8 ta’ Mejju, 2009, sabiex jagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur biex ismu jiġi nkluż jew issirlu korrezzjoni fil-partikolaritajiet tiegħu fir-reġistru elettorali rispettiv.
Kullvotant reġistrat li:-

1.      Jgħid li minħabba xi raġuni legali, l-isem ta’ xi persuna għandu jinqata’ barra mir-reġistru għax din m’għandhiex il-kwalifiki neċessarji; jew

2.      Jgħid li l-isem, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra rispettivi ta’ xi persuna m’humiex murija b’mod korrett fir-reġistru;

jista’ ukoll skont l-artikolu 40 tal-Att XXItal-1991 kif amendat b’Att XV tal-1996 jagħmel appell għal dan il-għan lill-Uffiċjal Reviżur sa nhar il-Ġimgħa, t-8 ta’ Mejju, 2009.
Kull persuna li tixtieq tagħmelappell lill-Uffiċjal Reviżur tista’ tikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali.  Kulħadd huwa mfakkar dwar l-importanza li jivverifika li ismu ġie nkluż fir-Reġistru Elettorali.  Jekk dan ma jsirx jista’ jiġri li persuna ma tkunx intitolata għall-vot meta jsiru elezzjonijet, kemm Ġenerali kif ukoll għall-Kunsilli Lokali, għall-Parlament Ewropew jew Referenda.
Lista tal-persuni kollha reġistrati bħalavotanti f’kull belt jew raħal ser tkun fl-Għases tal-Pulizija, fl-Uffiċċji tal-Kunsilli Lokali u fl-Uffiċċju Elettorali.
Ta’min jinnota li Uffiċjal Reviżur jista’ jordna li l-isem ta’ xi persuna jiġi nkluż, jew li ssir korrezzjoni ta’ isimha, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra tagħha fir-Reġistru jew li titħassar ir-reġistrazzjoni tagħha mir-reġistru minkejja li ma tkun saret ebda applikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni għal dak il-għan.


DOI – 20.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow