Left arrow Go Back

INIZJATTIVI B’RISQ KWALITÀ TA’ ĦAJJA AĦJAR F’GĦAWDEX

PR0632
Date Icon 18/04/2009
Il-Ministeru għal Għawdex, permezz tal-KumplessSportiv ta’ Għawdex u l-Health Promotion Unit fi ħdan l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ikkontribwixxa u pparteċipa waqt il-Healthy Village Weekend li ġie organizzat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat.
L-attivitajiet li soltu jkunu għaddejjinfil-Kumpless Sportiv, li jinkludu dawk ta’ Skola Sport, flimkien ma’ dixxiplini oħra, ġew trasferiti f’diversi nħawi fiċ-ċentru tal-Belt Għawdxija.
Aktar minn 150 student ta’ l-iskejjel primarjiGħawdxin, inġabru fil-Kumpless Sportiv, minn fejn imxew għall-Pjazza Indipendenza fejn għamlu eżerċizzji fiżiċi qabel ma’ marru jipprattikaw diversi dixxiplini sportivi.  Fost dawn kien hemm Football Skills,  Kids Blitz, ġimnastika, basketball, ċikliżmu, abseiling, table tennis, break-dance u martial arts.
Sadanittant, fitness classes li humakoordinati mill-Health Promotion Unit u mill-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex, u li regolarment jinżammu fil-Kumpless Sportiv, saru l-Ġimgħa filgħaxija fi Pjazza Indipendenza. Attivitajiet oħra li se jittellgħu fit-toroq u fil-pjazez ewlenija tal-Belt jinkludu l-Martial Arts Show fi Pjazza San Ġorġ, nhar il-Ħadd filgħodu bejn l-10 a.m. u nofsinhar.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. GiovannaDebono żaret Pjazza Indipendenza u l-inħawi fejn kienu qed isiru l-attivitajiet mill-istudenti ta’ Skola Sport. Hija żaret ukoll l-istand tal-Ministeru għal Għawdex fejn kienet qed tiġi promossa l-inizjattiva Eko-Għawdex. Infermiera u fiżjoterapista mill-Health Promotion Unit fi ħdan l-Isptar Ġenerali Għawdex, taw informazzjoni u tagħrif dwar prattiċi tajbin li jippromwovu kwalità ta’ ħajja aħjar. Ingħatat ukoll informazzjoni dwar is-servizzi koordinati li jingħataw mill-Health Promotion Unit u l-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex lil diversi nies li jagħżlu li jsegwu diversi rutini immirati għal ħajja aktar b’saħħitha, kif ukoll dwar attivitajiet u dixxipplini sportivi oħra li jsiru f’dan il-Kumpless.
Il-Ministru Debono fakkret kif fuq inizjattivatal-Ministeru għal Għawdex, bdew isiru l-lezzjonijiet ta’ Skola Sport ġewwa l-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex u kif  matul dawn ­il-11-il sena li ilhom għaddejjin, żdiedet b’mod regolari l-attendenza għal dawn il-korsijiet. Hija qalet ukoll li t-titjib li sar fil-faċilitajiet f’dan il-kumpless għamilha possibbli li jiżdiedu d-dixxiplini sportivi li jiġu prattikati ġo fih. B’hekk aktar Għawdxin qed ikollhom opportunità li jaddottaw stil ta’ ħajja li jinkorpora l-ippratikkar ta’ l-isport. Din hija bażi tajba għal dik li se tkun il-proċedura biex jintlaħaq il-għan li l-poplu Għawdxi jagħraf jgħix stil ta’ ħajja fil-kuntest tal-viżjoni ta’ Eko-Għawdex.

DOI - 18.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow