Left arrow Go Back

IL-PRESIDENZA B’ĦIDMA MILL-VIĊIN MAL-UNIVERSITA` TA’ MALTA

PR0626
Date Icon 17/04/2009
“Inħares ’il quddiem sabiex tinħoloq sinerġijabejn il-Presidenza u l-Universita’ ta’ Malta” – Dan qalu l-President George Abela waqt żjara ta’ korteżija mir-rettur tal-Universita’ ta’ Malta, il-Prof. Juanito Camilleri fil-Palazz il-Belt Valletta.
Il-President George Abela filwaqt li tenna lihemm pjanijiet konkreti sabiex tinħoloq din is-sinerġija, esprima l-pjaċir tiegħu li din se tkun waħda minn sensiela ta’ laqgħat li se jkollu mar-Rettur tal-Universita’. Il-President Abela żied jgħid li permezz tal-ħidma mal-istudenti u l-fakultajiet varji tal-Universita’, il-Presidenza tkun tista’ tindirizza mistoqsija importanti għalina lkoll – “Xi tfisser li tkun Malti?”.
Il-President Abela jixtieq jinvolvi l-potenzjaltal-istudenti Universitarji Maltin f’diversi proġetti fil-ġonna tal-Palazz ta’ San Anton u tal-Palazz Verdala kif ukoll billi jiġu organizzati seminars.
Il-Prof. Juanito Camilleri rringrazzjalill-President George Abela tal-interess personali u esprima l-pjaċir tiegħu li jara l-Universita’, li hija l-eqdem istituzzjoni f’pajjiżna, taħdem id f’id mal-Presidenza.
DOI –17.04.2009
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow